01/02/2024
B’antiċipazzjoni għall-festi tal-Karnival tal-Belt Valletta u tan-Nadur, qed jitħabbru sensiela ta’ modifiki temporanji fis-servizz biex jiffaċilitaw it-trasport waqt l-avvenimenti. L-aġġustamenti għandhom l-għan li jakkomodaw żieda fid-domanda u l-aċċessibbiltà għal dawk li jmorru l-karnival fiż-żewġ gżejjer.
Il-Karnival tal-Belt Valletta
Is-Sibt, 10 ta’ Frar 2024:
Il-lista ta' rotot ta' hawn taħt se jkollha estensjonijiet tas-servizz u titjib fil-frekwenza:
- Valletta sal-Isla (Rotta 1): Servizz estiż sal-22:30hrs
- Valletta sal-Kalkara (Rotta 3): Servizz estiż sal-23:00hrs
- San Ġiljan għall-Belt Valletta (Rotta 13A): Żieda fil-frekwenza kull 15-il minuta minn 12:10hrs sa 23:00hrs
- Valletta għal San Ġiljan (Rotta 13A): Żieda fil-frekwenza kull 15-il minuta minn 12:10hrs sa 23:00hrs
- Valletta sa Tas-Sliema (Rotta 21): Servizz estiż sat-22:30hrs
- Valletta sa Birkirkara (Rotta 22): Servizz estiż sal-22:45hrs
- Ċirkewwa għall-Belt Valletta (Rotta 41): Servizz miżjud kull 30 minuta minn 12:25hrs sa 22:25hrs
- Valletta għaċ-Ċirkewwa (Rotta 41): Żieda fil-frekwenza kull 30 minuta mit-15:25hrs sa sal-22:55hrs
- Ċirkewwa għall-Belt Valletta (Rotta 42): Żieda fil-frekwenza kull 30 minuta minn 12:00hrs sa 20:00hrs
- Valletta għaċ-Ċirkewwa (Rotta 42): Żieda fil-frekwenza kull 30 minuta minn 12:00hrs sa 20:00hrs; Servizz estiż sat-22:30hrs
- Valletta sal-Għarghur (Rotta 46): Żieda fil-frekwenza kull 30 minuta mis-13:15 sat-20:45
- Buġibba sal-Belt Valletta (Rotta 48): Żieda fil-frekwenza kull 15-il minuta minn 12:10hrs sa 20:10hrs
- Valletta għal Buġibba (Rotta 48): Żieda fil-frekwenza kull 15-il minuta minn 12:20hrs sa 23:00hrs
- Valletta sa Ħad-Dingli (Rotta 52): Servizz estiż sat-23:00hrs
- Valletta lejn iż-Żurrieq (Rotta 71): Servizz estiż sat-22:45hrs
- Valletta sa Birzebbugia (Rotta 82): Servizz estiż sat-23:00hrs
- Valletta saż-Żejtun (Rotta 84): Servizz estiż sat-22:55hrs
- Valletta għal Wied il-Għajn (Rotta 91): Żieda fil-frekwenza kull 15-il minuta mit-20:10 sat-22:55
Il-Ħadd, 11 ta’ Frar:
- Is-servizz ta’ filgħodu jsegwi l-iskeda normali tal-Ħadd.
- Minn 12:00hrs 'il quddiem, ir-rotot jaqilbu għall-iskeda ta' kull ġimgħa.
Il-Karnival tan-Nadur ta’ Għawdex - Il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar sal-Ħadd, 11 ta’ Frar:
Is-servizzi li ġejjin se jiġu implimentati:
Il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar:
- Servizz speċjali għall-Karnival tan-Nadur: Servizz dirett kull 30 minuta mir-Rabat għan-Nadur bejn l-20:00hrs u 00:00hrs.
- Servizz ta’ shuttle bejn l-Imġarr Ferry u n-Nadur b’kull lanċa skedata bejn is-19:00hrs u 00:00hrs.
- Servizzi speċjali fis-01:00hrs (is-Sibt kmieni filgħodu) min-Nadur għal diversi lokalitajiet.
Is-Sibt, 10 ta’ Frar:
- Servizz dirett mir-Rabat għan-Nadur kull 15-il minuta bejn l-20:00hrs u 00:00hrs.
- Servizz ta’ shuttle bejn l-Imġarr Ferry u n-Nadur b’kull traġit skjedat bejn is-19:00hrs u 00:00hrs.
- Servizzi speċjali fis-01:00hrs u 02:30hrs (il-Ħadd kmieni filgħodu) min-Nadur għal diversi lokalitajiet.
Il-Ħadd, 11 ta’ Frar:
- Servizz dirett mir-Rabat għan-Nadur kull 30 minuta bejn it-20:00hrs u t-23:00hrs.
- Servizzi speċjali fis-00:00hrs min-Nadur għal diversi lokalitajiet.
Is-Sibt, 10 ta’ Frar (Lejl) sal-Ħadd, 11 ta’ Frar (Kmieni filgħodu):
- MPT se tipprovdi servizz speċjali (S222 u S41) miċ-Ċirkewwa sal-Mellieħa, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida, u l-Belt Valletta, skont il-wasliet tal-Gozo Channel Ferry fiċ-Ċirkewwa.
In-nollijiet għar-rotot Tallinja Direct huma ta’ €3.00 għal pagamenti bi flus kontanti abbord u €1.50 meta tuża Tallinja Card personalizzata. Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas fi vjaġġi ta’ matul il-Jum, bil-Lejl, u Servizzi Speċjali. Biljetti fi flus kontanti ta’ €3 għal kull passiġġier se jkunu disponibbli biex jinxtraw mill-magna tal-biljetti tal-linja għall-passiġġieri mingħajr Tallinja Card valida.
Lura għall-aħbarijiet