27/09/2023
Malta Public Transport qed torganizza servizz speċjali għall-kunċert ta’ Rockestra li se jkun qed isir nhar it-30 ta’ Settembru 2023, fil-Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC) f’Ta’ Qali. Malli jispiċċa l-kunċert, se jitħaddmu diversi rotot li se jkunu qed jitilqu min-naħa tal-Outdoor Gym ta’ Ta’ Qali.
Dawn ir-rotot jinkludu:
TQ1: Li se sservi ż-żona tat-tramuntana
Ir-rotta se titlaq minn Ta’ Qali b’waqfiet fir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa. Il-ħinijiet ta’ tluq tar-rotta huma skedati għal 23:30hrs, 23:50hrs u 00:10hrs.
TQ2: Li se sservi ż-żona ċentrali
Ir-rotta se titlaq minn Ta’ Qali b’waqfiet f’Ħal Lija, Birkirkara Bypass, San Ġwann, San Ġiljan, Tas-Sliema, u l-Belt Valletta. Il-ħinijiet ta’ tluq tar-rotta huma skedati għal 23:30hrs, 23:45hrs u 00:15hrs.
TQ3: Li se sservi ż-żona tax-xlokk
Ir-rotta se titlaq minn Ta’ Qali b’waqfiet ġewwa Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, il-Ħamrun, Paola, Kottonera, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ħal Tarxien, iż-Żejtun, u Birżebbuġa. Il-ħinijiet ta’ tluq tar-rotta huma skedati għal 23:30hrs u 00:00hrs.
TQ4: Li se sservi ż-żona tal-lbiċ
Ir-rotta se titlaq minn Ta’ Qali b’waqfiet ġewwa Ħaż-Żebbug, Ħal Qormi, il-Marsa P&R, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, iż-Żurrieq, L-Imqabba, u l-Qrendi. Il-ħinijiet ta’ tluq tar-rotta huma skedati għal 23:20hrs u 00:00hrs.
Is-Servizzi Speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn immirata sabiex tħeġġeġ aktar nies biex jivvjaġġaw b’tal-linja. Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li dawk li m’għandhomx Tallinja Card jistgħu jixtru biljett ta’ €3 biex jagħmlu użu mis-servizz. Viżitaturi minn barra jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għażla Tallinja Explore Flex, bi prezz ta’ €2.85 għal kull vjaġġ. F'każ ta' xi dewmien fil-kunċert, il-ħinijiet tat-tluq tas-Servizz Speċjali se jiġu aġġustati biex jallinjaw mal-konklużjoni tal-kunċert.
Lura għall-aħbarijiet