05/06/2024
Malta Public Transport se tkun qed tipprovdi servizzi speċjali għall-Festival Earth Garden, li jibda mill-Ħamis, 6 ta’ Ġunju sal-Ħadd, 9 ta’ Ġunju fil-Park Nazzjonali Ta’ Qali.
Dawk li jattendu l-festival jistgħu jużaw ir-rotot li ġejjin biex jaslu Ta’ Qali ħdejn l-Istadium Nazzjonali:
• Rotta 186: Tluq kull 30 minuta minn Buġibba.
• Rotta 56: Tluq kull siegħa mill-Belt Valletta.
• Rotta 202: Tluq kull siegħa minn Pembroke, San Ġiljan, u Tas-Sliema.
Barra minn hekk, ir-rotot 51, 52, 53, X3, 181, u 182 se jgħaddu minn Triq l-Imdina bi drop-off fil-bus stop "QALI 2".
Fl-aħħar ta’ kull jum tal-avveniment, Malta Public Transport se toffri servizzi speċjali ta’ tard bil-lejl li jitilqu minn Ta’ Qali fit-23:15hrs, 00:15hrs, 01:15hrs, u 02:15hrs, kif ġej:
• TQ1 (Rotta tat-Tramuntana): B’waqfiet fir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, Buġibba, u l-Qawra.
• TQ2 (Rotta Ċentrali): B’waqfiet f’Ħal Lija, Birkirkara Bypass, San Ġwann, San Ġiljan, Tas-Sliema, u l-Belt Valletta.
• TQ3 (Rotta tax-Xlokk): B’waqfiet f’Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, il-Kottonera, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ħal Tarxien, iż-Żejtun, u Birzebbuġa.
• TQ4 (Rotta tal-Lbiċ): B’waqfiet fiż-Żebbuġ, Ħal Qormi, il-Marsa P&R, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, u ż-Żurrieq.
Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas fuq dawn il-vjaġġi ta’ servizz speċjali. Għal passiġġieri mingħajr Tallinja Card valida, biljetti ta’ €3 għal kull passiġġier se jkunu disponibbli biex jinxtraw mill-magna tal-biljetti tal-linja.
Earth Garden se jkun qed jinkludi ħames stages b’diversi ġeneri ta’ mużika, workshops, taħditiet, Suq Etniku, Kids’ Fun Park, żoni ta’ chillout, food courts, u żoni għall-ikkampjar.
Lura għall-aħbarijiet