Malta Public Transport

Malta Public Transport Tħabbar Servizzi Speċjali għall-Birgu Fest 2023

10/10/2023

Malta Public Transport qed tħabbar servizzi speċjali ppjanati għall-Birgu Fest 2023, li se ssir is-Sibt 14 ta’ Ottubru 2023.

L-iskeda għall-ġurnata se ssegwi l-iskeda normali tas-Sibt. Madankollu se jkun hemm żieda fil-frekwenza tar-Rotta 2 biex takkomoda lil dawk li se jattendu l-festival. Id-dettalji ewlenin jinsabu hawn taħt:

Rotta 2 Addizzjonali minn Valletta Bay A2 u A3 sal-Birgu Café Riche:

  • Tluq fid-21:05hrs u l-22:05hrs
  • Dan ifisser li bejn Rotta 2 u Rotta 4, se jkun hemm frekwenza ta’ 20 minuta għal tluq mill-Belt Valletta għall-Birgu, li jibda mill-20:20hrs sal-22:50hrs.

Rotta 2 Extra mill-Birgu Café Riche sal-Belt Valletta:

  • Tluq fl-22:30hrs u fl-23:10hrs
  • Dan jirriżulta fi frekwenza ta’ 20 minuta bejn Rotta 2 u Rotta 4, li topera mill-22:00hrs sal-23:10hrs.

Minbarra dawn is-servizzi speċjali, wara li jintemm is-servizz regolari, Malta Public Transport se tkompli tipprovdi servizzi speċjali mill-Birgu Café Riche sal-Belt Valletta fil-ħinijiet li ġejjin: 23:20hrs, 23:40hrs, 00:00hrs, 00: 30hrs, u 01:00hrs.

Is-Servizzi Speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn immirata sabiex tħeġġeġ aktar nies biex jivvjaġġaw b’tal-linja. Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li dawk li m’għandhomx Tallinja Card jistgħu jixtru biljett ta’ €3 minn Bus Ticket Machine biex jagħmlu użu mis-servizz. Viżitaturi minn barra jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għażla Tallinja Explore Flex, bi prezz ta’ €2.85 għal kull vjaġġ

Lura għall-aħbarijiet