Malta Public Transport

Malta Public Transport tħabbar Servizzi Speċjali għall-kunċert ta’ Robbie Williams

17/08/2023

Malta Public Transport qed torganizza servizzi speċjali bil-karozzi tal-linja biex jakkomodaw lil dawk li se jattendu għall-kunċert li ġej ta’ Robbie Williams.

Magħruf globalment bħala eks-membru tal-grupp Take That, kif ukoll bħala artist solista ta’ fama kbira, Robbie Williams se jkun qed ikanta fuq il-fosos tal-Furjana fl-24 t’Awwissu 2023 bħala parti mill-XXV Tour tiegħu, li jfakkar il-25 sena tal-karriera tiegħu bħala kantant solo.

Malta Public Transport ippjanat biex tiżgura li t-tluq ikun konformi mal-iskeda tal-kunċerti u l-ħinijiet huma kif imniżżla hawn taħt:

  • Rotta S10: Tluq minn Valletta Bay A2 fit-23:30hrs, u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – Pjazza Raħal Ġdid – Għajn Dwieli – Isla Terminus – Bormla Pjazza Gavino Gulia – Bormla Xatt – Birgu Café Riche – Kapuccini – Xgħajra Knisja – Xgħajra Xatt – Kalkara Ta’ Bighi – Kalkara Xatt
  • Rotta S20: Tluq minn Valletta Bay A3 fit-23:30hrs, 23:40hrs, u 23:50hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Gżira Rue D’Argens – Mrabat – Knisja San Ġwann – San Ġwann Ta’ Żwejt – Kappara – Kappara roundabaout (tal-gas) – Qroqq Skatepark – Msida
  • Rotta S30: Tluq minn Valletta Bay A4 fit-23:30hrs, 23:40hrs u 23:50hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Qroqq Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Targa Gap – Burmarrad – Bugibba Pioneer Road – Bugibba Terminus
  • Rotta S40: Tluq minn Valletta Bay A6 fit-23:30hrs u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Valley Road B’Kara – Birkirkara Lija Roundabout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Targa Gap – Mġarr – Manikata – Għajn Tuffieħa
  • Rotta S41: Tluq minn Valletta Bay A5 fit-23:30hrs u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Qroqq Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Targa Gap – Burmarrad – San Pawl il-Baħar – Xemxija – Mellieħa – Għadira Bay – Ċirkewwa
  • Rotta S50: Tluq minn Valletta Bay A7 fit-23:30hrs, u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Ħamrun – Santa Venera – Mrieħel – Ħ’Attard Warda Interchange – Ta’ Qali Interchange – Saqqajja – Rabat Interchange – Mtarfa – Rabat Vjal il-Ħaddiem – Dingli – Rabat Triq N. Saura
  • Rotta S60: Tluq minn Valletta Bay A8 fit-23:30hrs, u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Ħamrun – Marsa P&R – Qormi San Bastjan – Qormi Triq San Edwardu – Qormi Polyclinic – Mdina Road Qormi – Żebbuġ Terminus – Siġġiewi Ċentru  
  • Rotta S70: Tluq minn Valletta Bay A9 fit-23:30hrs, u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata I-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – St. Vincent de Paul – Luqa – Kirkop – Safi – Vjal ix-Xarolla Żurrieq – Vjal il-Blue Grotto – Żurrieq – Qrendi – Mqabba
  • Rotta S80: Tluq minn Valletta Bay A10 fit-23:30hrs, u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa P&R – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Pjazza – Tarxien – Santa Lucija – Bulebel – Żejtun Terminus – Bir id-Deheb – Marsaxlokk (on demand) - Birżebbuġa – Għaxaq – Gudja
  • Rotta S90: Tluq minn Valletta Bay A11 fit-23:30hrs, u 23:45hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Pajzza – Fgura – Hompesch Gate – Żabbar Ċentru – Marsaskala Triq Il-Qaliet – Marsaskala Terminus
  • Rotta S13: Tluq minn Valletta Bay A12-13 fit-23:15hrs, 23:30hrs, 23:40hrs, 23:50hrs, 00:00hrs, 00:15hrs, u 00:30hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Gżira Rue D’Argens – Gżira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Tower Road – Spinola – St. Julians – Paceville – Pembroke P&R
  • Rotta S212: Tluq minn Valletta Bay A14 fit-23:30hrs, 23:50hrs, u 00:15hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Gżira Rue D’Argens – Gżira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Tower Road – Spinola – St. Julians – Paceville – Pembroke P&R - Coast Road – Qawra – Buġibba
  • Rotta N13: Se tkun qed topera skont l-iskeda normali ta’ bil-lejl matul il-ġimgħa tas-sajf fi 23:10hrs, 23:20hrs, 23:30hrs, 23:40hrs, 23:50hrs, 00:00hrs, 00:10hrs, 00:30hrs, 00:50hrs, 01:10hrs, u 01:30hrs
    • Direzzjoni: Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta’ – Msida – Gżira Rue D’Argens – Gżira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Tower Road – Spinola – St. Julians – Paceville

Is-Servizzi Speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn immirata sabiex tħeġġeġ aktar nies biex jivvjaġġaw b’tal-linja. Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li dawk li m’għandhomx Tallinja Card jistgħu jixtru biljett ta’ €3 biex jagħmlu użu mis-servizz.

Lura għall-aħbarijiet