Malta Public Transport

Servizz Speċjali għall-Birgu Fest 2022

06/10/2022

Malta Public Transport qed tħabbar servizz ta’ trasport speċjali li jopera minn u lejn il-Birgu waqt il-Birgu Fest annwali. Il-festival għandu l-għan li jenfasizza l-wirt storiku tal-belt filwaqt li jipprovdi divertiment mużikali u kulturali għall-gosti u l-etajiet kollha.

Minħabba l-popolarità dejjem tikber kemm fost in-nies tal-lokal kif ukoll tat-turisti, is-Sibt 8 t’Ottubru, Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi b’karozzi tal-linja mill-Belt Valletta lejn il-Birgu fuq Rotta 2 li jitilqu fit-20:45hrs, 21:15hrs, 21:45hrs u 22:15 hrs. It-tluq tar-Rotta 3 Valletta huma fl-20:25hrs, 21:25hrs u 22:25hrs, u fuq Rotta 4 jitilqu fl-20:20hrs, 21:20hrs u 22:20hrs.

Lura, minn Birgu Riche, il-karozza tal-linja fuq Rotta 2 se titlaq fl-20:13hrs, 21:13hrs, 21:43hrs, 22:43hrs, 23:00hrs, 23:20hrs, 23:40hrs, 00:00hrs, 00:20hrs, 00:40hrs u 01:00hrs u tluq fuq Rotta 4 huma 20:17hrs, 20:47hrs, 21:47hrs, 22:47hrs kollha lejn il-Belt Valletta.

Malta Public Transport tixtieq tfakkar lill-pubbliku li s-Servizzi Speċjali, inkluż is-servizz tat-trasport speċjali li se jopera lejn u mill-Birgu, huma inklużi fl-iskema tat-Trasport Pubbliku b’xejn. Sabiex wieħed jibbenefikaw mit-trasport pubbliku b’xejn, il-passiġġieri huma meħtieġa li jkollhom Tallinja Card personalizzata valida u jivvalidawha mal-magna tal-biljetti kull darba li jitilgħu fuq il-karozza tal-linja. Passiġġieri mingħajr Tallinja Cards iridu jixtru l-biljett tagħhom abbord il-karozza tal-linja.

Għal aktar tagħrif, inklużi dettalji dwar l-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn, wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.publictransport.com.mt/mt/free-travel 

Lura għall-aħbarijiet