25/06/2024
Malta Public Transport qed tħabbar servizzi speċjali għall-Kunċert ta’ BBC li ser isir fil-5 ta’ Lulju, 2024, fuq il-Fosos, il-Furjana biex b’hekk tipprovdi trasport pubbliku wara li jintemm il-kunċert.
Is-servizzi speċjali se jitilqu mill-Belt Valletta fil-23:45hrs, u se jkopru diversi rotot:
• S10: Tluq minn Valletta Bay A2 - Valletta – Furjana – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa – Paola – Għajn Dwieli – Isla – Bormla – Birgu – Kapuccini – Xgħajra – Kalkara
• S20: Tluq minn Valletta Bay A3 - Valletta – Furjana – Bombi – Pieta’ – Msida – Gżira – San Ġwann – Kappara – Msida
• S30: Tluq minn Valletta Bay A4 - Valletta – Furjana – Bombi – Pieta’ – Msida – Tal-Qroqq – Birkirkara – Ħal Lija – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta – Burmarrad – Buġibba
• S40: Tluq minn Valletta Bay A6 - Valletta – Furjana – Bombi – Pieta’ – Msida – Birkirkara – Mosta – Mġarr – Manikata – Għajn Tuffieħa
• S41: Tluq minn Valletta Bay A5 - Valletta – Furjana – Bombi – Pieta’ – Msida – Birkirkara – Mosta – Burmarrad – San Pawl il-Baħar – Mellieħa – Għadira – Ċirkewwa
• S50: Tluq minn Valletta Bay A7 - Valletta – Furjana – Bombi – Ħamrun – Santa Venera – Mrieħel – Ħ’Attard – Rabat – Ħad-Dingli
• S60: Tluq minn Valletta Bay A8 - Valletta – Furjana – Bombi – Ħamrun – Marsa – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ – Siġġiewi
• S70: Tluq minn Valletta Bay A9 - Valletta – Furjana – Bombi – Blata l-Bajda – Marsa – San Vinċenz de Paul – Ħal Luqa – Ħal Kirkop – Ħal Safi – Żurrieq – Qrendi – Mqabba
• S80: Tluq minn Valletta Bay A10 - Valletta – Furjana – Bombi – Blata l-Bajda – Marsa – Paola – Ħal Tarxien – Santa Luċija – Żejtun – Birżebbuġia – Ħal Far – Gudja – Ħal Għaxaq
• S90: Tluq minn Valletta Bay A11 - Valletta – Furjana – Bombi – Blata l-Bajda – Marsa – Paola – Fgura – Ħaż-Żabbar – Marsaskala
• S13: Tluq minn Valletta Bay A12-13 fil-23:45hrs, 23:55hrs, 00:05hrs, 00:15hrs, u 00:25hrs - Valletta lejn Tas-Sliema u San Ġiljan.
• S212: Tluq mill-Bajja tal-Belt Valletta A14 fit-23:50hrs u 00:10hrs - Valletta lejn Tas-Sliema, San Ġiljan, u l-Qawra.
Skedi regolari ta’ matul il-lejl se jkunu fis-seħħ ukoll għar-rotot N13, N48, N62, N82, u N91.
Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas fuq dawn is-servizz speċjali kif ukoll il-vjaġġi regolari ta’ matul il-lejl (Night). Passiġġieri mingħajr Tallinja Card valida jistgħu jixtru biljetti bi flus kontanti ta’ €3 għal kull passiġġier mill-magna tal-biljetti tal-linja.
Lura għall-aħbarijiet