29/08/2023
Malta Public Transport qed torganizza servizzi speċjali għal dawk li se jattendu għall-kunċerti ta’ André Rieu, skedati li jsiru fuq il-Fosos il-Furjana fl-1 u t-2 ta’ Settembru 2023. Rikonoxxut mad-dinja kollha bħala r-'Re tal-Waltz,' il-wirjiet live ta’ André Rieu huma mistennija li jiġbdu u jferrħu udjenzi ta’ kull età.
Malta Public Transport ippjanat is-servizzi tal-karozzi tal-linja li ġejjin biex jaqblu mal-iskeda tal-kunċerti.
- Rotta S10: Tluq minn Valletta Bay A2 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Paola – Bormla – Xgħajra – Kalkara
- Rotta S20: Tluq minn Valletta Bay A3 fil-23:45hrs, 23:55hrs, u 00:05hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Gżira – San Ġwann – Kappara – Msida
- Rotta S30: Tluq minn Valletta Bay A4 fil-23:45hrs, 23:55hrs, u 00:05hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Msida – Birkirkara – Iklin – Mosta – Buġibba
- Rotta S40: Tluq minn Valletta Bay A6 fil-23:45hrs u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Msida – Mosta – Mġarr – Għajn Tuffieħa
- Rotta S41: Tluq minn Valletta Bay A5 fil-23:45hrs u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Birkirkara – Mosta – San Pawl il-Baħar – Mellieħa – Ċirkewwa
- Rotta S50: Tluq minn Valletta Bay A7 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
- Genral direction: Valletta – Ħamrun – Ħ’Attard – Rabat – Dingli
- Rotta S60: Tluq minn Valletta Bay A8 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Hamrun – Marsa – Qormi – Żebbuġ Terminus – Siġġiewi
- Rotta S70: Tluq minn Valletta Bay A9 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Marsa – Luqa – Kirkop – Safi – Żurrieq – Qrendi – Mqabba
- Rotta S80: Tluq minn Valletta Bay A10 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Marsa – Paola – Żejtun – Birżebbuġa – Għaxaq – Gudja
- Rotta S90: Tluq minn Valletta Bay A11 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Marsa – Paola – Żabbar – Marsaskala
- Rotta S13: Tluq minn Valletta Bays A12-13 fil-23:30hrs, 23:40hrs, 23:50hrs, 00:00hrs, 00:10hrs, 00:20hrs, u 00:30hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Gżira – Sliema – Spinola – St. Julians – Paceville – Pembroke
- Rotta S212: Tluq minn Valletta Bay A14 fil-23:45hrs, 23:55hrs, u 00:15hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Sliema – Paceville – Pembroke - Coast Road – Buġibba
- Rotta N13: topera skont l-iskeda normali tal-lejl matul il-ġimgħa tas-sajf fil-23:10hrs, 23:20hrs, 23:30hrs, 23:40hrs, 23:50hrs, 00:00hrs, 00:10hrs, 00:30hrs, 00:50hrs, 01:10hrs, u 01:30hrs
- Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Gżira – Sliema – Spinola – St. Julians – Paceville
Is-Servizzi Speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn immirata sabiex tħeġġeġ aktar nies biex jivvjaġġaw b’tal-linja. Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li dawk li m’għandhomx Tallinja Card jistgħu jixtru biljett ta’ €3 biex jagħmlu użu mis-servizz. Viżitaturi minn barra jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għażla Tallinja Explore Flex, bi prezz ta’ €2.85 għal kull vjaġġ. F'każ ta' xi dewmien fil-kunċert, il-ħinijiet tat-tluq tas-Servizz Speċjali se jiġu aġġustati biex jallinjaw mal-konklużjoni tal-kunċert.
Lura għall-aħbarijiet