Malta Public Transport

Trasport pubbliku speċjali għal Summer Daze

14/08/2019

Trasport pubbliku speċjali għal Summer Daze

Malta Public Transport se topera servizz speċjali tat-trasport pubbliku għal Summer Daze Music Festival f’Ta’ Qali nhar l-Erbgħa 14 u l-Ħamis 15 t’Awwissu. Dawk li jattendu jistgħu jivvjaġġaw b’tal-linja mill-Belt lejn Ta’ Qali, u minn Ta’ Qali lejn Buġibba jew San Ġiljan.

Il-vjaġġ mill-Belt lejn Ta’ Qali jitlaq kull siegħa mill-17:00 sat-20:00.

Il-vjaġġi minn Ta’ Qali għal Buġibba u San Ġiljan jitilqu fis-01:00 u fis-02:15.

Malta Public Transport bi pjaċir tappoġġja edizzjoni oħra ta’ Summer Daze Music Festival u tawgura lill-organizzaturi kull suċċess.

Lura għall-aħbarijiet