Malta Public Transport

Malta Public Transport se tipprovdi servizzi addizzjonali għall-festa pubblika tal-1 ta’ Mejju

28/04/2023

Malta Public Transport qed tħabbar servizzi addizzjonali għall-1 ta’ Mejju, 2023, minbarra l-iskeda regolari għall-vaganzi pubbliċi, biex tilqa’ għal domanda addizzjonali.

Fl-1 ta’ Mejju, 2023, minbarra l-iskeda regolari liema skedi jinstabu hawn, Malta Public Transport se topera s-servizzi addizzjonali fuq diversi rotot kif ġej:

  • Rotta 1 - Isla se topera ħames vjaġġi addizzjonali fil-11:50hrs, 12:50hrs, 13:50hrs, 14:50hrs u 15:50hrs bil-vjaġġi minn Valletta A2 jitilqu f'12:25hrs sa 17:25hrs kull siegħa.
  • Rotta 31 – Buġibba se topera sitt vjaġġi addizzjonali li jibdew mill-11:25hrs sas-16:25hrs li jitilqu kull siegħa. Bil-kontra l-vjaġġ lura mill-Belt Valletta B5 se jibda f'12:25hrs bil-karozzi tal-linja jitilqu kull siegħa sas-17:25hrs.
  • Rotta 46 li titlaq mill-Belt Valletta B8 se titlaq fil-11:15hrs sas-17:15hrs u topera servizz kull siegħa. Bil-kontra l-vjaġġi bil-karozza tal-linja lejn l-Għargħur se jkunu fil-11:45hrs sas-17:45hrs u jitilqu kull siegħa.
  • Rotta 48 – Buġibba tibda mill-11:30hrs u topera kull siegħa sal-16:30hrs. Il-vjaġġi bir-ritorn se jsiru kull siegħa mill-Belt Valletta B5 minn 12:35hrs sa 17:35hrs.
  • Rotta 49 – Għadira se tibda minn 12:15hrs sa 16:15hrs topera kull siegħa, bi vjaġġi bir-ritorn mill-Belt Valletta B6 jibdew mill-11:05hrs sa 17:05hrs.
  • Rotta 51 – L-Imtarfa se taħdem mill-11:15hrs u titlaq kull siegħa sas-16:15hrs. Il-vjaġġi bir-ritorn mill-Belt Valletta C2 se jibdew minn 12:15hrs sas-17:15hrs kull siegħa.
  • Rotta 61 se titlaq minn Valletta C4 mill-11:45hrs kull 30 minuta sa 17:15hrs. Bil-maqlub vjaġġi mill-bus stop Kandlora Ħaż-Żebbuġ se jitilqu kull 30 minuta mill-11:35hrs sas-17:35hrs.
  • Route 62 se titlaq mill-Belt Valletta C5 mill-11:50hrs kull siegħa sa 16:50hrs bi vjaġġi bir-ritorn lejn is-Siggeiwi li jibdew mill-11:28hrs sa 17:28hrs u li jitilqu kull siegħa.
  • Rotta 71 miż-Żurrieq titlaq fil-11:40hrs kull siegħa sal-16:40hrs. Mill-Belt Valletta A4 il-karozza tal-linja se titlaq fis-13:00hrs kull siegħa sal-17:00hrs.
  • Rotta 82 lejn Birżebbuġa titlaq fil-11:15hrs sas-16:16hrs bi tluq kull siegħa. Il-vjaġġ bir-ritorn mill-Belt Valletta A7 se jitlaq minn 12:10hrs u jopera kull siegħa sal-17:10hrs.
  • Rotta 84 – Iż-Żejtun se jibda mill-11:25hrs kull siegħa sas-15:25hrs ta’ filgħaxija, filwaqt li l-vjaġġ bir-ritorn mill-Belt Valletta A8 jibda minn 12:40hrs u jibqa’ għaddej kull siegħa sas-16:40hrs.
  • Rotta 91 – Marsaskla titlaq fil-11:00hrs u tibqa’ għaddejja sas-16:00hrs b’karozza tal-linja titlaq kull siegħa. Mill-Belt Valletta A11 il-karozza tal-linja titlaq f'12:05hrs u se titħaddem kull siegħa sas-17:05hrs.

Malta Public Transport qed iħeġġeġ lil kulħadd jagħmel użu mis-servizzi u l-faċilitajiet tal-Park & Ride tiegħu biex jevita konġestjoni tat-traffiku u diffikultajiet ta’ parkeġġ.

Lura għall-aħbarijiet