Malta Public Transport

Żieda fil-frekwenza tar-rotot tal-karozzi tallinja waqt iż-żjara tal-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku

29/03/2022

Malta Public Transport qiegħda tħabbar li se tiżdied il-frekwenza tar-rotot tal-linja nhar is-Sibt 2 ta’ April u l-Ħadd 3 ta’ April. Se jkun hemm ukoll servizzi speċjali f’Għawdex waqt il-vista tal-Qdusija Tiegħu l-Papa fil-gżejjer Maltin.


Il-frekwenza tar-rotot tat-trasport pubbliku lejn il-Belt Valletta se tiżdied is-Sibt 2 ta’ April u l-Ħadd 3 ta’ April. Din iż-żieda fil-frekwenza ser iseħħ is-Sibt bejn it-8:00am u 12:00pm u l-Ħadd bejn is-7:30am u l-10:30am (għall-karozzi tal-linja deħlin il-Belt Valletta) u bejn 12:00pm u s-2:00pm (għall-karozzi tal-linja ħerġin mill-Belt Valletta). F’dawn il-ħinijiet, is-servizz tal-karozza tal-linja se jopera bi frekwenza skont l-iskeda tar-rotot ta’ matul il-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ġimgħa).


F’Għawdex, is-Sibt 2 ta’ April, se jkun hemm servizz ta’ shuttle mill-Park and Ride tal-ħeliport fix-Xewkija sa’ Ta’ Pinu, kull 20 minuta bejn is-2:00pm u l-4:00pm. Dan se jirritorna lura lejn il-Park and Ride tal-ħeliport minn Ta’ Pinu bejn is-7:00pm u t-8:00pm.


Il-programm uffiċjali taż-żjara Papali jinstab hawnhekk: https://church.mt/the-official-programme-of-pope-francis-apostolic-journey-to-malta-is-announced/.


Minħabba li ħafna toroq se jkunu magħluqa, huwa mistenni li jkun hemm xi interruzzjonijiet fis-servizz. Se jkun hemm ukoll devjazzjonijiet f’numru ta’ rotot. Il-passiġġiera huma ġentilment mitluba li jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u li jista’ jkollhom vjaġġi itwal aktar mis-soltu fil-postijiet milquta. Malta Public Transport ser ikollha numru ta’ karozzi tal-linja lesti standby biex jintbagħtu skont l-esiġenza tas-servizz.


Mill-Erbgħa 30 ta’ Marzu mid-9:00am sal-Ħadd 3 ta’ April fit-8.30am, karozzi tal-linja deħlin il-Belt Valletta se jiefqu fi Triq Sant’Anna. Mit-8.30am sas-2:00pm karozzi tal-linja ġejjin mill-Pietà u mill-Marsa li jgħaddu minn Triq Diċembru Tlettax se jkunu ddevjati għal underpass fit-Triq Nazzjonali għaż-żona tal-Park and Ride u se joħorġu minn fejn l-Awtorità tal-Ippjanar minn Triq Sant’Anna u Triq l-Assedju l-Kbir.


Is-Sibt 2 ta’ April, ir-rotta 133 se tkun sospiża bejn id-9:00am u n-12:30pm u r-rotot 150, X133 u 300 se jkunu sospiżi bejn it-3:30pm u l-5:00pm.


Is-Sibt 2 ta’ April, f’Għawdex, bejn l-4.30pm u s-7:00pm, mhux se jkun hemm aċċess fir-Rabat u allura r-rotot 308, 309, 310, 311 u 312 mhux ser ikunu qed joperaw. Is-servizz tal-Park and Ride bejn il-ħeliport u t-terminal tal-vapur fl-Imġarr se jkun sospiż ukoll f’dan il-ħin. Ir-rotta 308 se tkun ddevjata għall-pjazza tal-Għasri u mhux se tgħaddi minn Ta’ Pinu bejn l-10:00 u t-8:00pm. Ir-rotta 313 bejn l-4:00pm u s-7:00pm mir-Rabat għal ta’ Kerċem u lura se tkun qiegħda tiġi ddevjata mill-pjazza ta San Franġisk. Ir-rotta 322 minn Marsalforn u r-rotot 303 u 323 mir-Rabat mhux se jgħaddu mill-waqfa ta’ fejn it-terminal tal-Imġarr bejn l-4.30 u s-7:00pm. Minflok, il-karozzi tal-linja se jiefqu quddiem il-knisja Tal-Patri u l-karozzi tal-linja se jitilqu skont l-iskeda tas-soltu mill-waqfa tal-Imġarr. Peress li mhux se jkun hemm aċċess minn Triq Santa Eliżabetta, ir-rotta 302 mir-Rabat sar-Ramla se tgħaddi minn Triq il-Mitħna.


Ir-rotot kollha ta’ tal-linja se jkunu qegħdin joperaw b’mod normali wara s-7:00pm.

Lura għall-aħbarijiet