Malta Public Transport

Malta Public Transport iżid il-vjaġġi għall-Festival tal-Ktieb 2023

17/10/2023

Malta Public Transport se tkun qed topera vjaġġi addizzjonali fuq rotot li jaqdu lil Ta’ Qali għall-Festival tal-Ktieb 2023 fl-MFCC. Dawn ir-rotot se jkunu qed joperaw b’aktar frekwenza biex jilqgħu għad-domanda mill-Erbgħa 18 sal-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2023.

 

Rotta 56 (Valletta Ħad-Dingli):

- Mill-Erbgħa sal-Ġimgħa, ir-Rotta 56 se tinkludi l-vjaġġi addizzjonali li ġejjin:

- Tluq mill-Belt Valletta għal Ħad-Dingli fis-19:15hrs u fit-20:15hrs.

- Tluq minn Ħad-Dingli għall-Belt Valletta fis-19:20hrs u fit-20:20hrs.

- Dawn il-vjaġġi se jipprovdu lill-passiġġieri li jivvjaġġaw tul din ir-rotta b'servizz tal-linja sal-ħin tal-għeluq tal-avveniment.

 

Rotta 186 (ir-Rabat – Buġibba):

- Ir-Rotta 186 se tkompli topera skont l-iskeda regolari tagħha, bi tluq mir-Rabat kull nofs siegħa.

- L-aħħar vjaġġ mir-Rabat ikun fid-20:45hrs, u r-rotta tgħaddi minn Ta’ Qali madwar 21:00hrs.

 

Rotta 202 (Rabat – Tas-Sliema):

- Ir-Rotta 202 se topera mir-Rabat bi frekwenza ta’ nofs siegħa sas-18:00hrs, segwita minn skeda kull siegħa mis-18:00hrs sa sal-22:00hrs.

- Is-servizz minn Tas-Sliema se jibda kull nofs siegħa sas-18:30hrs, segwit minn skeda kull siegħa mis-18:30hrs sa sal-22:30hrs.

 

Vjaġġi Addizzjonali fi tmiem il-Ġimgħa:

- Is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 t’Ottubru, Rotta 56 se ssegwi l-iskeda msemmija hawn fuq.

- Ir-Rotta 202 se topera tmien vjaġġi addizzjonali minn Tas-Sliema għar-Rabat bejn il-11:00hrs u s-18:00hrs, u mir-Rabat għal Tas-Sliema bejn il-11:30hrs u 18:30hrs, bi frekwenza kull siegħa biex tilqa' għal domanda addizzjonali.

 

Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li biljetti fi flus kontanti ta’ €2 għal kull passiġġier se jkunu disponibbli biex jinxtraw mill-magna tal-biljetti fuq tal-linja għal kull passiġġier li m’għandux Tallinja Card valida. Viżitaturi minn barra jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għażla Tallinja Explore Flex, bi prezz ta’ €2.85 għal kull vjaġġ.

Lura għall-aħbarijiet