Il-Concession tallinja card hi disponibbli għall-persuni li għandhom Kartanzjan/Karta tal-Identità Maltija 60+ jew Special ID Card maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD).
Il-concession tallinja card hi blu u personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha u tkun tista’ żżid il-kreditu fiha b’mod faċli.
Meta tuża t-tallinja card tiegħek tibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza kulma għandek tagħmel hu li tgħaddi t-tallinja card minn fuq il- magna tal-biljetti. In-noll ta’ kull vjaġġ ta’ 25 ċenteżmu jitnaqqaslek b’mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tiegħek sa massimu ta’ 50 ċenteżmu kuljum jew €2 fil-ġimgħa (servizzi ta’ billejl esklużi).
Dan ifisser li ladarba tonfoq total ta’ €50 ċenteżmu f’ġurnata jew €2 f’ġimgħa, ma tħallasx aktar għal vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dik il-ġurnata jew dik il-ġimgħa. Daqshekk faċli! Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!
Persuni li għandom Special ID Card maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) għandhom itellgħu kopja tal-Special ID Card permezz tal-formola onlajn. Inkella, għall-aktar konvenjenza, tista’ tiffaċilita l-proċess billi sempliċiment tissottometti onlajn s-serial number tal-iSpecial ID Card u billi tagħti (il-kunsens) biex tivverifika l-iSpecial ID Card tiegħek direttament mal-KNPD.
Irreġistra għat-tallinja card tiegħek billi tagħfas hawn.