Malta Public Transport

Tallinja Wi-Fi b'Xejn

Malta Public Transport qed toffri Free Tallinja Wi-Fi lill-passiġiera kollha tagħha.

Dan il-proġett huwa appoġġjat minn Transport Malta, l-Awtorità tal-Gvern għat-Trasport f'Malta. Il-Wi-Fi huwa disponibbli fuq il-flotta kollha ta' tal-linja. Dan il-proġett qed jgħina nifhmu aħjar id-domanda għas-servizz tal-Wi-Fi sabiex nipprovdulek servizz li jissodisfa aħjar il-bżonnijiet tiegħek.

Bl-introduzzjoni tal-Free Tallinja Wi-Fi, nixtiequ li nkomplu ntejbu l-esperjenza tal-klijenti meta jużaw il-karozzi tal-linja tagħna. In-numru ta' persuni li jużaw is-servizz tal-karozza tal-linja qiegħed dejjem jiżdied u rridu nagħtuhom l-opportunità li dejjem ikunu konnessi waqt li jivvjaġġaw b’ tal-linja.

Il-klijenti kollha li huma mgħammra bi ‘smartphone’, ‘laptop’, ‘tablet’ jew apparat elettoniku ieħor konness b'mod simili jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-Free Tallinja Wi-Fi biex jiċċekkjaw l-‘emails’ tagħhom, iżommu kuntatt man-netwerks soċjali tagħhom u jwettqu tfittxija fuq il-‘web’.

Il-Free Tallinja Wi-Fi huwa bbażat fuq konnessjoni tradizzjonali tal-‘4G mobile’. Għalhekk, il-Free Tallinja Wi-Fi huwa suġġett wkoll għall-istess interruzzjonijiet li jistgħu jiġu esperjenzati meta tintuża konnessjoni ‘4G mobile’, bħal, pereżempju telf ta' konnessjoni waqt li l-karozza tal-linja tkun għaddejja minn mina twila. Numru ta' servizzi tal-internet ġew ristretti. Dan sabiex dawk kollha li jużaw il-Free Tallinja Wi-Fi jkunu jistgħu jgawdu minn konnessjoni stabbli fuq l-internet. Dawn is-servizzi tal-internet jinkludu t-tixrid ta' ‘videos’ fuq YouTube, ‘torrent downloads’ u servizzi oħra peer-to-peer. Kontenut offensiv, inkluż kontenut għall-adulti, ġie ristrett ukoll.

Sabiex tagħmel użu mis-servizz tal-Free Tallinja Wi-Fi għandek taqra u taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizz billi tikklikkja fuq il-kaxxa tal-immarkar fuq l-“isplash page” li titla awtomatikament fuq l-iskrin tal-apparat elettroniku tiegħek malli tgħaqqad. Imbagħad għandek tikklikkja fuq is-‘Submit button’.

Napprezzaw jekk tibgħatilna l-kummenti tiegħek dwar is-servizz tal-Free Tallinja Wi-Fi. Ibgħatilna email fuq tallinjawifi@publictranasport.com.mt bil-ħsibijiet tiegħek.