Malta Public Transport

Kreditu ta' Emerġenza

Il-Klijenti għandhom jittopjaw t-tallinja card tagħhom b’mod regolari, ħalli jkunu ċerti li dejjem ikollhom kreditu biżejjed għal meta jiġu biex jivjaġġaw bil-karozza tal-linja.

Minn l-1 ta’ Marzu 2017, il-klijenti kollha li għandhom tallinja card se jingħataw vjaġġ wieħed ta’ emerġenza fuq il-karozzi tal-linja ta’ Malta Public Transport. Dan ifisser li jekk ma jkollhomx biżejjed kreditu fuq il-card tagħhom, huma jkunu jistgħu jagħmlu vjaġġ wieħed bil-kreditu.

Meta l-klijenti jagħmlu użu minn dan il-vjaġġ ta’emerġenza, malli jittopjaw l-card tagħhom in-noll għal dan il-vjaġġ jinqata’ awtomatikament. Il-klijenti għandhom jinnotaw li meta l-kreditu ta’ emerġenza jkun użat għandhom jittopjaw f’seba’ tijiem għaliex inkella l-card tiġi blacklisted.