Tallinja Concession Card- Malta Public Transport

tallinja card għal min għandu Kartanzjan / ID 60+

Adult card

Adult card

Persuni li għandom Kartanzjan jew Karta tal-Identita' Maltija 60+ jistgħu japplikaw għall-Concession card.

Sat-30 ta' Settembru 2022

Meta tuża t-tallinja card tiegħek tkun qed tgawdi minn nollijiet orħos milli meta tħallas direttament fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja, kull ma trid tagħmel huwa li tgħaddi t-tallinja card fejn indikat u n-noll ta’ 25 ċenteżmu jitnaqqaslek awtomatikament mill-kreditu tiegħek sa massimu ta’ 50 ċenteżmu kuljum jew €2 kull ġimgha.

Dan ifisser li la darba tonfoq total ta’ 50 ċenteżmu f’ġurnata jew €2 f’ġimgha, inti ma tħallasx għal aktar vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dik il-ġurnata jew dik il-ġimgħa. Daqshekk faċli! Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!

Mill-1 t'Ottubru 2022

Kull min ghandu Tallinja Card personalizzata, jista' jivvjagga b'xejn fuq ir-rotot ta' binhar, rotot ta' billejl u rotot specjali. Ir-rotot diretti (Tallinja Direct - TD) mhumiex b'xejn u xorta irid jithallas noll.

Irreġistra għat-tallinja card tiegħek issa billi tagħfas hawn.