Malta Public Transport

Skema ta' vjaġġar b'xejn mill-gvern

L-iskema tal-Gvern għal vjaġġi mingħajr ħlas japplikaw għal żgħażagħ bejn l-14 u l-20 sena, għal dawk li għandhom Student Tallinja Card, u għal persuni li għandhom Concession Tallinja Card u għandhom diżabilità inkella għalqu 70 sena. Dawn l-inizjattivi ġew introdotti mill-Gvern bħala parti mill-miżuri tal-budget għall-2019, 2020, u 2021.

Permezz ta’ din l-Iskema, il-persuni msemmija hawn taħt se jibbenefikaw minn trasport pubbliku offrut minn Malta Public Transport bla ħlas matul l-2021.

1. Dawk li jagħlqu 14-il sena jistgħu jivvjaġġaw b’xejn minn jum għeluq sninhom.

2. Dawk li diġà’ għandhom 14-il sena, sa 19-il sena, jivvjaġġaw b’xejn.

3. Dawk li jkunu diġà għalqu 20 sal-ewwel ta’ Jannar 2021 jibbenefikaw minn trasport b’xejn sal-jum ta’ qabel ma’ jagħlqu 21.

4. Il-klijenti ma jibbenefikawx aktar minn vjaġġi b’xejn jekk jaqbżu t-total ta’ €312 fil-każ ta’ dawk li għandhom Student Tallinja Card jew Adult Tallinja Card li tkun tapplika għall-Iskema, u €105 fil-każ ta’ dawk li għandhom Concession Tallinja Card u huma eliġibbli għall-Iskema, jew klijenti li jagħlqu 21 fl-2021 sakemm ma jkollhomx Student Tallinja Card. 

5. Dawk li jagħlqu 70 sena jistgħu jivvjaġġaw b’xejn minn jum għeluq sninhom.

6. Dawk li diġà’ għandhom 70 sena jew aktar jivvjaġġaw b’xejn matul l-2021 kollha.

7. Ebda klijent individwali ma jista’ jibbenefika minn rimbors ta’ kreditu ta’ aktar minn €312 fil-każ ta’ dawk li għandhom Student Tallinja Card jew Adult Tallinja Card li tkun tapplika għall-Iskema, u ta’ aktar minn €105 fil-każ ta’ dawk li għandhom Concession Tallinja Card u huma eliġibbli għall-Iskema.

8. Il-ħlas ta’ €10 għar-reġistrazzjoni mill-klijenti li japplikaw għal Tallinja Card għall-ewwel darba fl-2021, ma tiġix rimborsata.

Għal aktar informazzjoni dwar din l-offerta, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk dwar din l-Iskema fuq 22483500, inkella agħfas hawn.