Tallinja b’servizzi speċjali għall-Karnival tan-Nadur

Home > News > Tallinja b’servizzi speċjali għall-Karnival tan-Nadur

Hekk kif qed joqrob iż-żmien mistenni minn kulħadd, Malta Public Transport għal darb’oħra qed toffri servizzi speċjali ta’ transport pubbliku għall-karnival spontanju tan-Nadur f’Għawdex.

Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar se jsir servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur kull 30 minuta mit-20:00 hrs sa nofs il-lejl. Se jopera wkoll servizz ta’ shuttle bejn l-Imġarr Ferry u n-Nadur sinkronizzat ma’ kull vjaġġ skedat tal-vapur. Dan jinkludi vjaġġi addizzjoni tal-vapur li ser isiru dakinhar bejn is-19:00 hrs sa nofs il-lejl. Is-servizzi speċjali se jitilqu min-Nadur fis-01:00 hrs, u se jservu diversi lokalitajiet madwar Għawdex, fosthom ix-Xagħra, Marsalforn, Sannat, il-Munxar, ix-Xlendi, l-Għarb, l-Għasri, il-Qala u Għajnsielem.

L-għada, is-Sibt, l-1 ta’ Marzu ser ikun hemm mill-ġdid servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur li se jitlaq kull 15-il minuta mit-20:00 hrs sa nofs il-lejl. Is-shuttle service mill-Imġarr Ferry se jopera bl-istess ħinijiet bħal tal-ġurnata ta’ qabel. Is-servizzi speċjali se jitilqu min-Nadur bejn is-01:00 hrs u s-02:30 hrs.

Għall-aħħar ġurnata, jiġifieri nhar il-Ħadd, 2 ta’ Marzu, is-servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur se jibda kull 30 minuta mit-20:00 hrs sal-23:00 hrs. Il-vjaġġi min-Nadur lejn il-lokalitajiet kollha madwar Għawdex se jitilqu min-nofs il-lejl. 

Aktar dettalji dwar l-iskeda jinsab hawn:

DataTip ta’ ServizzRottaĦinijiet
Il-Ġimgħa 28 ta’ FrarServizz DirettVictoria għal NadurKull 30 minuta (20:00-00:00)
Servizz ShuttleMgarr Ferry għal NadurMa’ kull vapur (19:00-00:00)
Servizz SpeċjaliS1: Nadur – Xagħra – Marsalforn01:00 (Sibt filgħodu)
Servizz SpeċjaliS2: Nadur – Xewkija – Sannat (Ta’ Cenc) – Munxar – Xlendi01:00
Servizz SpeċjaliS3: Nadur – Victoria – Kerċem – Santa Luċija01:00
Servizz SpeċjaliS4: Nadur – Victoria – San Lawrenz – Għarb – Għasri – Żebbuġ01:00
Servizz SpeċjaliS5: Nadur – Għajnsielem – Mgarr (Vapur)01:00
Servizz SpeċjaliS6: Nadur – Qala01:00
Is-Sibt 1 ta’ MarzuServizz DirettVictoria għal NadurKull 15 minuta (20:00-00:00)
Servizz ShuttleMgarr Ferry għal NadurMa’ kull vapur (19:00-00:00)
Servizz SpeċjaliS1: Nadur – Xagħra – Marsalforn01:00, 02:30 (Il-Ħadd filgħodu)
Servizz SpeċjaliS2: Nadur – Xewkija – Sannat (Ta’ Cenc) – Munxar – Xlendi01:00, 02:30
Servizz SpeċjaliS3: Nadur – Victoria – Kerċem – Santa Luċija01:00, 02:30
Servizz SpeċjaliS4: Nadur – Victoria – San Lawrenz – Għarb – Għasri – Żebbuġ01:00, 02:30
Servizz SpeċjaliS5: Nadur – Għajnsielem – Mgarr (Vapur)01:00, 02:30
Servizz SpeċjaliS6: Nadur – Qala01:00, 02:30
Il-Ħadd 2 ta’ MarzuServizz DirettVictoria għal NadurKull 30 minuta (20:00-23:00)
Servizz SpeċjaliS1: Nadur – Xagħra – Marsalforn00:00 (It-Tnejn filgħodu)
Servizz SpeċjaliS2: Nadur – Xewkija – Sannat (Ta’ Cenc) – Munxar – Xlendi00:00
Servizz SpeċjaliS3: Nadur – Victoria – Kerċem – Santa Luċija00:00
Servizz SpeċjaliS4: Nadur – Victoria – San Lawrenz – Għarb – Għasri – Żebbuġ00:00
Servizz SpeċjaliS5: Nadur – Għajnsielem – Mgarr (Vapur)00:00
Servizz SpeċjaliS6: Nadur – Qala00:00

Dawn is-servizzi speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn, li jħeġġu aktar nies jivvjaġġaw bil-karozzi tal-linja. Dawk li għandhom Tallinja Card personalizzata valida jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li passiġġieri mingħajr card valida jistgħu jixtru biljetti bi prezz ta’ €3 mingħand ix-xufier.

Id-dettalji kollha dwar l-iskeda ta’ dawn is-servizzi speċjali huma disponibbli fuq il-websajt uffiċjali ta’ Malta Public Transport fuq https://www.publictransport.com.mt/en/news-details/nadur-carnival-2025.

Scroll to Top
Skip to content