Malta Public Transport

Jiżdied is-Servizz bil-Lejl

08/05/2017

B’effett mit-12 ta’ Mejju 2017, Malta Public Transport żiedet in-numru ta’ Servizzi ta’ bil-lejl kif ġej:

  • Rotta N10, li topera minn San Ġiljan lejn lokalitajiet fin-nofsinhar ta’ Malta, issa qed topera kull 30 minuta bejn il-00:15 u s-01:45; u kull 45 minuta bejn is-01:45 u t-03:15 matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt.
  • Rotta N11, li wkoll topera matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt, issa qed topera kull 30 minuta miċ-Ċirkewwa lejn San Ġiljan bejn il-23:05 u s-02:05; u minn San Ġiljan lejn iċ-Ċirkewwa bejn 00:05 u s-02:05. Hemm ukoll vjaġġ minn San Ġiljan lejn iċ-Ċirkewwa fit-03:05.
  • Rotta N12, li topera minn San Ġiljan lejn lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta, issa qed topera kull 30 minuta bejn 00:20 u s-01:50; u kull 45 minuta bejn is-01:50 u t-03:20 matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt.
  • Rotta N13 bejn il-Belt Valletta u San Ġiljan issa qed topera kull 20 minuta mit-Tnejn sal-Ħadd: bejn il-23:30 u s-01:30 mill-Belt Valletta; u bejn 23:50 u s-02:10 minn San Ġiljan. Matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt hemm ukoll vjaġġi fis-02:00 u s-02:30 mill-Belt Valletta u fit-02:40 u t-03:10 minn San Ġiljan.

It-tariffi għas-Servizzi ta’ bil-lejl ma nbidlux. Dawn huma €3.00 għal biljetti li jixtraw mingġand ix-xufier u €2.50 bit-tallinja card.

Back to service updates