Malta Public Transport

Malta Public Transport toffri Servizz Speċjali għas-Summer Daze Festival 2018

13/08/2018

Malta Public Transport ser topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku sabiex tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-aċċessibilità għal dawk li se jattendu Summer Daze Festival 2018 f’Ta’ Qali.

Matul il-lejl tal-14 ta’ Awwissu, Malta Public Transport ser topera s-servizzi speċjali li ġejjin:

  • Mill-Belt Valletta lejn Ta’ Qali bejn il-17:00 u 20:00, kull siegħa.
  • Minn Ta’ Qali lejn: Buġibba, San Ġiljan, Sliema u l-Belt Valletta (skond id-domanda), fil-23:00 u fis-01:30.

In-noll se jkun hekk: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas b’waħda mill-Explore Cards. 

Back to service updates