Malta Public Transport

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għall-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar

21/04/2017

Malta Public Transport tħabbar servizz speċjali tat-trasport pubbliku għas-16-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar, biex tiffaċilità l-ivjaġġar ‘l hinn u lejn il-festival li se jkun mqassam fuq tlett iljieli.

Is-Sibt 22 ta’April 2017, il-festival se jsir fix-Xagħra, Għawdex. Dakinhar se jkun hemm shuttle service mill-Imġarr (fejn il-Vapur) għax-Xagħra bejn is-19:00 u d-21:00 u mill-festival lura għall-Imġarr bejn il-23:30 u n-00:30, skont id-domanda. Ir-Rotta 322 mill-Imġarr għax-Xagħra u r-Rotta 307 mir-Rabat għax-Xagħra se joperaw normali skont l-iskeda.

Għall-festival f’Marsaxlokk li se jsir il-Ġimgħa 28 ta’ April 2017, ir-rotot 81, 85, 119 u 210 se joperaw normali skont l-iskeda. Wara li jispiċċa l-festival, se jkun hemm servizzi speċjali minn Marsaxlokk għall-Belt Valletta, San Ġiljan u Buġibba bejn il-23:15 u 23:45.

Il-Finale se jsir fil-Belt Valletta fit-30 ta’April. Għal dan l-avveniment, is-servizz se jopera mill-lokalitajiet kollha lejn it-Terminus fil-Belt Valletta skont l-iskeda normali. Wara li jispiċċa dan l-avveniment, is-servizzi speċjali se joperaw bejn il-23:00 u n-00:30 mit-Terminus fil-Belt Valletta lejn dan ir-rotot li ġejjien:

N13: Il-Pietà – L-Imsida – Il-Gżira – Tas-Sliema (Ferries) – San Ġiljan – Paceville

S10: Raħal Ġdid– L-Isla– Bormla – Il-Birgu – Il-Kalkara – Ix-Xgħajra

S20: Il-Pietà – L-Imsida – Rue D’Argens – Mrabat – San Ġwann – Il-Kappara

S30: L-Imsida – Tal-Qroqq Skate Park – Birkirkara (Bypass) – L-Iklin – Ħal Għargħur – In-Naxxar – Il-Mosta - Buġibba

S40: Il-Pietà – L-Imsida – Birkirkara (Il-wied) – Ħal Lija – Il-Mosta – L-Imġarr – Għajn Tuffieħa

S41: Il-Pietà – L-Imsida – Il-Mosta – San Pawl Il-Baħar – Ix-Xemxija – Il-Mellieħa – Iċ-Ċirkewwa

S50: Il-Ħamrun – Santa Venera – Fleur De Lys – Ħ’Attard – Ir-Rabat – L-Imtarfa – Ħad-Dingli

S60: Il-Ħamrun – Il-Marsa P&R – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ – Is-Siġġiewi

S70: Ħal Luqa – Ħal Kirkop – Ħal Safi – Iż-Żurrieq – Il-Qrendi – L-Imqabba

S80: Il-Marsa P&R – Raħal Ġdid – Ħal Tarxien – Santa Luċija – Birżebbuġa – Ħal Għaxaq – Il-Gudja

S90: Raħal Ġdid – Il-Fgura – Ħaż-Żabbar – Marsaskala

It-tariffi se jkunu kif ġej: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card. 

Back to service updates