Malta Public Transport

Special Bus service for Versatile & Friends for ALS

03/09/2019

Malta Public Transport se topera ħames rotot speċjali għall-kunċert b’xejn Versatile & Friends For ALS fil-Belt nhar l-Erbgħa 4 ta’ Settembru. Il-karozzi tal-linja jitilqu mill-venda f’nofsillejl u jgħaddu mid-destinazzjonijiet ewlenin madwar Malta.

Ir-rotot speċjali huma:

Rotta JC1 (Rotta Tramuntana) lejn iċ-Ċirkewwa se tagħmel waqfiet l-Imsida, Birkirkara, Ħal Lija, il-Mosta, Burmarrad, Buġibba, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Mellieħa, u l-Għadira.

Rotta JC2 (Rotta Ċentrali) lejn il-Ħamrun se tagħmel waqfiet l-Imsida, Tal-Qroqq, il-Kappara, San Ġwann, in-Naxxar, il-Mosta, il-bypass tal-Imtarfa, ir-Rabat, Ħ’Attard, il-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, u Fleur-de-Lys.

Rotta JC3 (Rotta Nofsinhar 1) lejn Raħal Ġdid se tagħmel waqfiet il-Marsa, Bormla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Marsaskala u l-Fgura.

Rotta JC4 (Rotta Nofsinhar 2) lejn Ħal Farruġ se tagħmel waqfiet il-Marsa, Ħal Tarzien, iż-Żejtun, Marsaxlokk, Birżebbuġa, l-Ajruport, iż-Żurrieq, il-Qrendi u l-Imqabba.

Rotta N13 se tagħmel ir-rotta regolari ta’ billejl lejn San Ġiljan u tgħaddi mill-Imsida, l-Gżira, u x-Xatt ta’ Tas-Sliema, iżda se topera vjaġġi żejda skont il-ħtieġa.

Is-Servizz TD Plus se jkun ukoll estiż sa 00:30 u l-passiġġiera jistgħu jirriżervaw il-postijiet tagħhom permezz ta’ Tallinja App, billi jagħżlu il-ħin u l-waqfa fejn jixtiequ jinżlu. TD Plus tiggarantixxi post bilqiegħda f’waħda mill-vetturi apposta waqt li ssuq lejn id-destinazzjoni bl-aktar rotta effiċċjenti. Is-servizz bħalissa jopera lejn il-Floriana, l-Blata l-Bajda, l-Imsida, San Ġwann, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi u Pembroke.

Back to service updates