Malta Public Transport

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għal Karnival 2018

09/02/2018

Malta Public Transport tħabbar li se tkun qed topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku biex tiffaċilità l-ivjaġġar u l-aċċessibilità ta’dawk li se jattendu l-Karnival fil-Belt Valletta u n-Nadur, Għawdex bejn d-9 u l-11 ta’ Frar 2018.

 Valletta, Malta

Nhar is-Sibt 10 ta' Frar, ir-rotot lejn il-Belt se joperaw bi frekwenza akbar mit-15:00 ’l quddiem filwaqt li nhar il-Ħadd 11 ta' Frar, ir-rotot lejn u mill-Belt se joperaw bi frekwenza akbar mill-10:00.

Is-Sibt filgħaxija, is-servizzi speċjali mill-Belt se joperaw kif ġej:

S10: Titlaq minn Valletta Bay A2 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square – Ghan Dwieli – Isla Terminus – Bormla Pjazza Gavino Gulia – Bormla Xatt – Birgu Café Riche – Kapuccini – Xghajra Church – Xghajra Xatt – Kalkara Ta Bighi – Kalkara Xatt

S20: Titlaq minn Valletta Bay A3 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta – Msida – Gzira Rue D’Argens –Mrabat – San Gwann Church – San Gwann Ta Zwjt – Kappara – Kappara roundabaout (tal-gas) – Qroqq Skatepark – Msida

S30: Titlaq minn Valletta Bay A4 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta – Msida – Qroqq Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Iklin – Gharghur – Naxxar – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Targa Gap – Burmarrad – Bugibba Pionner Road – Bugibba Terminus

S40: Titlaq minn Valletta Bay A6 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pietà – Msida – Valley Road B’Kara – Birkirkara Lija Roundabout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Targa Gap – Mgarr – Manikata – Ghajn Tuffieha

S41: Titlaq minn Valletta Bay A5 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta – Msida – Qroqq Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Targa Gap – Burmarrad – St. Paul’s Bay – Xemxija – Mellieha Village – Ghadira Bay – Cirkewwa

S50: Titlaq minn Valletta Bay A7 Valletta u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Hamrun – Santa Venera – Mriehel – Attard Warda Interchange – Ta Qali Interchange – Sqqajja – Rabat Interchange – Mtarfa – Rabat Vjal il-Haddiem – Dingli – Rabat Triq N. Saura

S60: Titlaq minn Valletta Bay A8 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Hamrun – Marsa P&R – Qormi San Sebastjan – Qormi Triq San Edwardu – Qormi Polyclinic – Mdina Road Qormi – Zebbug Terminus – Siggiewi Center

S70: Titlaq minn Valletta Bay A9 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata I-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – St. Vincent De Paul – Luqa – Kirkop – Safi – Vjal ix-Xarolla Zurrieq – Vjal il-Blue Grotto – Zurrieq – Qrendi – Mqabba

S80: Titlaq minn Valletta Bay A10 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa P&R – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square – Tarxien – Santa Lucija – Bulebel – Zejtun Terminus – Bir-id-Deheb – Birzebbugia – Ghaxaq – Gudja-M`Xlokk

S90: Titlaq minn Valletta Bay A11 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square Fgura – Hompesch Gate – Zabbar Center – Marsaskala Triq Il-Qaliet – Marsaskala Terminus

N13: Titlaq minn Valletta Bays A12-13 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Pieta – Msida – Gzira Rue D’Argens – Gzira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Tower Road – Spinola – St. Julians – Paceville – Pembroke P&R

 Nadur, Għawdex

Il-Ġimgħa u s-Sibt se jkun operat shuttle service, bejn l-Imġarr u n-Nadur fil-ħin mas-servizz tal-vapur, bejn is-19:00 u 00:00. Il-Ġimgħa, servizzi diretti se joperaw mir-Rabat u n-Nadur bejn it-20:00 u 00:00, kull 30 minuta u s-Sibt kull kwarta. Il-Ħadd se jkun hemm servizzi oħra bejn it-20:00 u l-23:00, kull 30 minuta.

Is-servizz speċjali se jopera min-Nadur għal diversi lokalitajiet f’Għawdex, il-Ġimgħa fis-01:00, is-Sibt bejn is-01:00 u s-02:30 u l-Ħadd fil-23:00. Dawn se jmorru f’dawn il-lokalitajiet li ġejjien:

In-Nadur – Ix-Xagħra – Marsalforn

In-Nadur – Ix-Xewkija – Ta’Sannat (Ta’Ċenċ) – Il-Munxar – Ix-Xlendi

In-Nadur –  Ir-Rabat (Victoria) – Kerċem – Santa Luċija

In-Nadur – Ir-Rabat (Victoria) – San Lawrenz – L-Għarb – L-Għasri – Iż-Żebbuġ

In-Nadur – Għajnsielem – L-Imġarr (Vapur)

In-Nadur – Il-Qala

Is-servizz ta’ matul il-lejl, rotta N11 se topera bħas-soltu bejn il-Ġimgħa u s-Sibt bi tluq miċ-Ċirkewwa bejn il-23:05 u s-02:05; filwaqt li s-servizzi speċjali miċ-Ċirkewwa għal Belt Valletta u Tas-Sliema se joperaw skont id-domanda.

Nhar is-Sibt 10 ta' Frar, il-‘Call Centre’ tal-Malta Public Transport ser jilqa’ t-telefonati mis-07.00am sas-01:00 am (tal-Ħadd) filwaqt it-‘ticket booth’ tal-Belt Valletta se tkun miftuħa mis-6.00am sal-10.00pm sabiex jitwieġbu mistoqsijiet li jista’ jkollhom il-klijenti.

Għall-aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi speċjali l-klijenti jistgħu jżuru s-sit publictransport.com.mt . Il-klijenti jistgħu wkoll iniżlu t-Tallinja App għall-informazzjoni fuq liema karozza tal-linja ser tkun ser tassal f’kwalunkwe Bus Stop. Din l-app tista’ titniżżel mill-App Store jew mill-Google Play Store.

Malta Public Transport tixtieq ukoll tfakkar lill-pubbliku biex isegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal li se jiġi magħżul mill-Awtoritajiet u mill-korp tal-Pulizija sabiex jiġi żgurat li l-passiġġieri jkunu jistgħu jirkbu l-karozzi tal-linja mingħajr periklu u li l-vetturi jħallu t-terminus faċilment.

Back to service updates