Malta Public Transport

Servizz tat-Trasport Pubbliku għal Rockestra

29/09/2017

Malta Public Transport tixtieq tħabbar li għal darb’oħra ser tkun qed tipprovdi servizz speċjali sabiex tiffaċilita t-trasport lejn u lura mill-avveniment ta’ Rockestra nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru.

Malta Public Transport ser topera rotta speċjali mill-Belt Valletta sa Ta’ Qali fejn il-vjaġġi ser jitilqu mill-Bus Terminus fil-17:15, 18:15 u 19:15. Fi tmiem il-kunċert, ħa jkun hemm vjaġġi tar-ritorn minn Ta’ Qali sal-Belt Valletta fl-22:45, 23:30 u nofsillejl.

Il-prezzijiet huma dawn li ġejjin: €3.00 għal ħlas bi flus kontanti fuq il-karozza tal-linja; €2.50 jekk il-ħlas isir bit-tallinja card; żewġ ‘journeys’ jekk il-ħlas isir bit-12 Single Day Journey card; u mhux ħa jkun hemm ħlas żejjed jekk tintuża l-Explore Card.

Back to service updates