Malta Public Transport

Servizz ta’ shuttle b’xejn għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

06/11/2019

Malta Public Transport se topera servizz speċjali ta’ shuttle għal matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru. Is-servizz ser ikun provdut mingħajr ħlas u l-vjaġġi se jsiru bejn il-Venda tal-Belt u ċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fejn se jittella’ l-festival.

Ix-shuttle titlaq kull 30 minuta mis-17:45 sal-22:15 nhar l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa. Is-Sibt u l-Ħadd, imbagħad, is-servizz ikun offrut ġurnata sħiħa mid-08:45 sal-22:15, dejjem kull nofs siegħa.

Back to service updates