Malta Public Transport

Aġġornament fir-rotot tal-linja 47 u 233

19/01/2020

Malta Public Transport se taġġorna rotot 47 u 233 biex ittejjeb il-puntwalità u l-konvenjenza għall-klijenti tagħna wara suġġerimenti li rċeviet mingħand il-passiġġieri. Il-bidliet se jibdew minn nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar.

Rotta 47 mill-Belt għall-Mosta issa se tibda topera bħala vjaġġ ċirkolari li jdur lura lejn il-venda tal-Belt wara l-waqfa Margerita fil-Mosta.

Rotta 233 mis-Swieqi għal Mater Dei se tmexxi l-iskeda bi 15-il minuta ‘l quddiem fiż-żewġ direzzjonijiet biex takkomoda studenti u għalliema tal-università fi tmiem il-klassijiet.

Lura għall-aħbarijiet