Malta Public Transport

Tibdil għar-rotta tal-Linja N50

15/11/2019

Malta Public Transport tħabbar li se testendi r-Rotta ta’ Billejl N50 bies tgħaddi minn Ħad-Dingli, b’effett mill-Ġimgħa 15 ta’ Novembru. Ir-rotta ċirkolari bejn San Ġiljan u r-Rabat topera nhar ta’ Ġimgħa u Sibt u tagħmel waqfiet ukoll f’Santa Venera, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħ’Attard u Ta’ Qali.

L-iskeda tar-rotta ġiet ukoll aġġornata u issa l-karozza tal-linja titlaq kull 45 minuta minn waqfa San Ġiljan, f’San Ġiljan, fil-23:25; 00:10; 00:55; 01:40; 02:25; u 03:10.

Lura għall-aħbarijiet