Malta Public Transport

Trasport pubbliku speċjali għall-Karnival tan-Nadur

21/02/2020

Malta Public Transport se topera servizzi addizzjonali għal matul il-Karnival tan-Nadur bejn il-Ġimgħa 21 u l-Ħadd 23 ta’ Frar. Se jkun hemm rotot speċjali lejn in-Nadur miċ-Ċirkewwa, l-Imġarr, ir-Rabat Victoria u lokalitajiet oħra.

Nhar il-Ġimgħa 21, MPT se tħaddem servizz ta’ shuttle mill-Imġarr san-Nadur mis-19:00 sa nofsillejl. Ix-shuttle titlaq mal-wasla ta’ kull vapur, inklużi jekk isiru vjaġġi żejda. Fl-istess ħin, Servizz Dirett tal-linja se jitlaq mir-Rabat Victoria għan-Nadur kull nofs siegħa bejn 20:00 u nofsillejl.

Fis-01:00, imbagħad, sitt rotot speċjali se jitilqu min-Nadur u jkopru l-lokalitajiet l-oħra f’Għawdex:

  1. Min-Nadur għax-Xagħra u Marsalforn
  2. Min-Nadur għax-Xewkija, Ta’ Sannat (Ta’ Ċenċ), il-Munxar u x-Xlendi
  3. Min-Nadur għar-Rabat Victoria, Kerċem u Santa Luċija
  4. Min-Nadur għar-Rabat Victoria, San Lawrenz, l-Għarb, l-Għasri u ż-Żebbuġ
  5. Min-Nadur għal Għajnsielem u l-Imġarr
  6. Min-Nadur għall-Qala

Rotta N11 miċ-Ċirkewwa għal Buġibba u San Ġiljan se topera skont l-iskeda regolari u titlaq kull nofs siegħa bejn il-23:05 u s-02:05.

Nhar is-Sibt 22, MPT se tħaddem servizz ta’ shuttle mill-Imġarr san-Nadur mis-19:00 sa nofsillejl. Ix-shuttle titlaq mal-wasla ta’ kull vapur, inklużi jekk isiru vjaġġi żejda. Fl-istess ħin, Servizz Dirett tal-linja se jitlaq mir-Rabat Victoria għan-Nadur kull kwarta bejn 20:00 u nofsillejl.

Fis-01:00 u fis-02:30, imbagħad, sitt rotot speċjali se jitilqu min-Nadur u jkopru l-lokalitajiet l-oħra f’Għawdex:

  1. Min-Nadur għax-Xagħra u Marsalforn
  2. Min-Nadur għax-Xewkija, Ta’ Sannat (Ta’ Ċenċ), il-Munxar u x-Xlendi
  3. Min-Nadur għar-Rabat Victoria, Kerċem u Santa Luċija
  4. Min-Nadur għar-Rabat Victoria, San Lawrenz, l-Għarb, l-Għasri u ż-Żebbuġ
  5. Min-Nadur għal Għajnsielem u l-Imġarr
  1. Min-Nadur għall-Qala

Servizzi addizzjonali se jkunu pprovduti miċ-Ċirkewwa matul il-lejl sa l-04:00. It-tluq tal-vjaġġi jaħbat mal-iskeda tal-vapur u jmorru f’dawn id-destinazzjonijiet:

  • Rotta S41 miċ-Ċirkewwa għall-Belt
  • Rotta S49 miċ-Ċirkewwa għall-Belt via l-bypass ta’ Birkirkara u l-iskatepark
  • Rotta S221 miċ-Ċirkewwa għal Buġibba
  • Rotta S222 miċ-Ċirkewwa għax-Xatt tas-Sliema

Rotta N11 miċ-Ċirkewwa għal Buġibba u San Ġiljan se topera skont l-iskeda regolari u titlaq kull nofs siegħa bejn il-23:05 u s-02:05.

Nhar il-Ħadd 23, MPT se tħaddem Servizz Dirett tal-linja li jitlaq mir-Rabat Victoria għan-Nadur kull nofs siegħa bejn 20:00 u l-23:00.

F’nofsillejl, imbagħad, sitt rotot speċjali se jitilqu min-Nadur u jkopru l-lokalitajiet l-oħra f’Għawdex:

  1. Min-Nadur għax-Xagħra u Marsalforn
  2. Min-Nadur għax-Xewkija, Ta’ Sannat (Ta’ Ċenċ), il-Munxar u x-Xlendi
  3. Min-Nadur għar-Rabat Victoria, Kerċem u Santa Luċija
  4. Min-Nadur għar-Rabat Victoria, San Lawrenz, l-Għarb, l-Għasri u ż-Żebbuġ
  5. Min-Nadur għal Għajnsielem u l-Imġarr
  6. Min-Nadur għall-Qala

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lura għall-aħbarijiet