Malta Public Transport

It-Tallinja App terbaħ il-premju ta’ Best App

13/04/2017

Malta Public Transport irċeviet b’unur il-premju ta’ Best App għat-tallinja app, li ġiet żviluppata minn Alert, fl-MCA eBusiness awards din il-ġimgħa.

“Nemmnu li t-tallinja app kellha impatt kbir fuq il-mod li bih in-nies jużaw it-trasport pubbliku f’Malta,” qal Daniel Grech, Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. “Huwa unur li qed nirċievu dan il-premju. Għalkemm mill-bidu rajna li din l-app kienet suċċess, b’aktar minn 100,000 download f’sena, dan ir-rikonoxximent ifisser ħafna għat-tim tagħna u żgur li se jservi ta’ motivazzjoni sabiex inkomplu ntejjbu s-servizz.”

Id-disinn u l-funzjonijiet tal-app jiffokaw fuq kif jistgħu itejbu l-esperjenza għall-dawk il-klijenti li jagħżlu li jivjaġġaw b’tal-linja. Permezz tal-app, il-passiġġieri jistgħu jaraw il-ħin li fih ser jaslu l-karozzi tal-linja, f’kull waħda mill-2000 waqfa li hawn madwar Malta u Għawdex. Din l-innovazzjoni toffri valur miżjud lill-klijenti tagħna, waqt li toffri wkoll aċċess faċli għall-informazzjoni u funzjonijiet li huma disponibbli fuq il-websajt tal-kumpanija, bħall-ippjanar tal-vjaġġi u ħlas fuq it-tallinja card.

“Din l-app żgur li kellha impatt fuq kif in-nies iħarsu lejn it-trasport pubbliku,” kompla Grech. “Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partners tagħna Alert (issa Deloitte Digital), tal-impenn tagħhom għall-iżvilupp ta’ dan il-prodott. Aħna nħarsu ‘l quddiem biex inkomplu naħdmu flimkien fuq aġġornamenti ġodda li se joħorġu fil-jiem li ġejjien.”

L-MCA eBusiness Awards għandha l-għan li tagħti rikonoxximent uniku u ideat inovattivi u inizjattivi fl-użu ta’ teknoloġiji web-based u eBusiness għan-negozji u s-soċjetà b’mod ġenerali. Stabbiliti fl-2011, dawn l-awards  jgħinu fil-promozzjoni ta’ diversi inizjattivi għall-iżvilupp tal-eBusiness u biex tinxtered kuxjenza fuq l-irwol ta’dawn it-teknoloġiji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mezzi soċjali u ekonomiċi.

Lura għall-aħbarijiet