Malta Public Transport

Trasport speċjali għal Halloween

30/10/2019

Malta Public Transport se tipprovdi servizz speċjali ta’ shuttle għal waqt Halloween tat-Tfal f’Pembroke nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru. Tfal li jkunu lebsin kostum ta’ Halloween jivvjaġġaw mingħajr ħlas waqt li r-rati normali tat-trasport pubbliku japplikaw għall-adulti.

Ir-rotta tax-shuttle hija bejn Pembroke Park & Ride u l-waqfa tal-linja Burma u titlaq kull 20 minuta miż-żewġ naħat. Is-servizz se jkun provdut mis-18:20 u 22:00.

Fl-istess waqt, is-servizz TD Plus se jkun offrut b’rata speċjali ta’ €1 għall-vjaġġi kollha matul il-jum.

Lura għall-aħbarijiet