Malta Public Transport

Malta Public Transport ser toffri Servizz Speċjali għall-International Food Festival

19/07/2018

Malta Public Transport ser topera Servizz Speċjali biex tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-aċċessibilità għal dawk li ser jattendu l-International Food Festival li se jsir l-Imdina bejn id-19 u it-22 ta’ Lulju 2018.

Malta Public Transport ser testendi s-servizz skond dawn il-ħinijiet:

Fuq ir-Rotta TD14 mir-Rabat lejn Sliema u San Ġiljan se jkun hemm vjaġġ fit-22:30 u ieħor fil-23:30.

Fuq ir-Rotta 186 mir-Rabat lejn Buġibba se jkun hemm vjaġġ fid-21:15, fl-22:00, fil-22:45 u fil-23:30.

Għas-servizz speċjali fuq ir-Rotta TD14, in-nollijiet se jkunu hekk: €3.00 jekk tħallas bi flus fuq tal-linja, €1.50 jekk tħallas bit-Tallinja Card personali tiegħek, żewġ vjaġġi jekk ser tħallas b’12-Journeys Card u n-noll huwa inkluż jekk tuża waħda mill-Explore Cards.

Għas-Servizz Speċjali fuq ir-Rotta 186, ir-rati normali tan-nollijiet ser japplikaw.

Lura għall-aħbarijiet