Malta Public Transport

Servizz Speċjali għal Notte Bianca minn Malta Public Transport

04/10/2018

Malta Public Transport se topera Servizz Speċjali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Notte Bianca, nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru, 2018. Bħas-snin li għaddew, il-kumpanija qed toffri mod alternattiv ta’ vjaġġar biex in-nies ikunu jistgħu jgawdu dan l-avveniment.

Ir-rotot lejn il-Belt Valletta se jkunu aktar spissi minn wara 16:30 sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-volum ta’ passiġġieri li mistenni jkun akbar mis-soltu.

Il-Passiġġieri jistgħu ukoll jaqbdu Rotta 133 li tivjaġġa matul id-dawra tal-Belt, li se tkun qed topera b’ħinijiet estiżi bejn 17:00 u 00:00.

Ir-rotot tas-Servizz Speċjali jitilqu mill-Venda tal-Belt bejn il-23:00 u s-01:30, kif ġej.

Rotta S10 lejn il-Kalkara tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro –Raħal Ġdid Pjazza – Għajn Dwieli – Venda tal-Isla– Bormla Pjazza Gavino Gulia – Bormla Xatt – Birgu Café Riche – Kapuċċini –Xgħajra Knisja – Xgħajra Xatt – Kalkara Ta’ Bighi – Kalkara Xatt.

Rotta S20 lejn l-Imsida tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Pietà – Msida – Gżira Rue D’Argens –Mrabat – San Ġwann Knisja – San Ġwann Taż-Żwejt – Kappara – Kappara Roundabaout –Skatepark Tal-Qroqq – Msida.

Rotta S30 lejn Buġibba tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Pietà – Msida –Skatepark Tal-Qroqq – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Burmarrad – Buġibba Triq il-Pijunieri – Venda ta’ Buġibba.

Rotta S40 lejn Għajn Tuffieħa tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Pietà – Msida – Valley Road B’Kara – Birkirkara – Lija Roundabout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Mġarr – Manikata – Għajn Tuffieħa.

Rotta S41 lejn iċ-Ċirkewwa tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Pietà – Msida –Skatepark Tal-Qroqq – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Burmarrad – San Pawl il-Baħar– Xemxija – Mellieħa Village – Għadira Bay – Ċirkewwa.

Rotta S50 lejn ir-Rabat tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Ħamrun – Santa Venera – Mrieħel – Attard Warda Interchange – Ta’ Qali Interchange – Saqqajja – Rabat Interchange – Mtarfa – Rabat Vjal il-Ħaddiem – Dingli – Rabat Triq N. Saura.

Rotta S60 lejn is-Siġġiewi tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Ħamrun – Marsa P&R – Qormi San Sebastjan – Qormi Triq San Edwardu – Qormi Polyclinic – Triq l-Imdina Qormi – Żebbuġ Terminus – Siġġiewi Ċentru.

Rotta S70 lejn l-Imqabba tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Blata I-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – St. Vincent De Paul – Luqa – Kirkop – Safi – Vjal ix-Xarolla Żurrieq – Vjal il-Blue Grotto – Żurrieq – Qrendi – Mqabba.

Rotta S80 lejn il-Gudja tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa P&R – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square – Tarxien – Santa Luċija – Bulebel – Venda taż-Zejtun – Bir-id-Deheb – Marsaxlokk - Birżebbuġġa – Għaxaq – Gudja.

Rotta S90 lejn Marsaskala tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square Fgura – Bieb Hompesch – Żabbar Ċentru – Marsaskala Triq Il-Qaliet – Venda Marsaskala.

Rotta N13 lejn Pembroke tieqaf Floriana Triq Sant’ Anna – Bombi – Pietà – Msida – Gżira Rue D’Argens – Gżira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Tower Road – Spinola – San Ġiljan– Paceville – Pembroke P&R.

Lura għall-aħbarijiet