Malta Public Transport

Malta Public Transport ser topera Servizz Speċjali għall-festa ta’ L-Imnarja

25/06/2018

 Fit-28 u fid-29 ta’ Ġunju 2018, Malta Public Transport ser tkun qed topera Servizz Speċjali biex tiffaċilita l-ivvjaġġar bejn ir-Rabat u l-Buskett għal dawk li ser jattendu l-attivitajiet tal-Imnarja.

 Is-servizz se jaħdem skond it-talba kull nofs sija. L-ewwel vjaġġ jitlaq mill-waqfa ‘Infetti’ fir-Rabat u jieqaf il-Buskett. Fit-28 ta’ Ġunju, l-ewwel vjaġġ se jitlaq minn Infetti fil-17:00 u l-aħħar vjaġġ se jitlaq mill-Buskett fin-00:30 (30 minuta wara nofs il-lejl). Fid-29 ta’ Ġunju l-ewwel vjaġġ se jitlaq minn Infetti fis-7:00 u l-aħħar vjaġġ se jitlaq mill-Buskett fis-14:30.

 In-noll se jkun hekk: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas b’waħda mill-Explore Cards. 

Lura għall-aħbarijiet