Malta Public Transport

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għall-Avveniment ‘Pageant of the Seas’

06/06/2018

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għall-Avveniment ‘Pageant of the Seas’

Malta Public Transport se tkun qed topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku biex tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-aċċessibilità għal dawk li se jattendu l-avveniment ‘Pageant of the Seas' nhar il-Ħamis 7 ta' Ġunju, fil-Port il-Kbir, il-Belt Valletta.

Fis-7 ta’ Ġunju 2018 mit-15:00 ‘l quddiem, is-servizz se jopera mill-lokalitajiet kollha lejn it-Terminus fil-Belt Valletta skont l-iskeda normali. Wara li jispiċċa dan l-avveniment, is-servizzi speċjali se joperaw bejn il-23:00 u l-23:30 mil-Venda tal-Belt Valletta lejn dawn ir-rotot li ġejjien:

N13: Pietà – Imsida – Gżira – Sliema (Ferries) – St. Julian’s – Paceville (se topera wkoll skond id-domanda)

S10: Raħal Ġdid (Paola) – Isla (Senglea) – Bormla (Cospicua) – Birgu (Vittoriosa) – Kalkara – Xgħajra

S20: Pietà – Imsida – Rue D’Argens – Mrabat – San Ġwann – Kappara

S30: Pietà – Imsida – Qroqq Skate Park – Birkirkara (Bypass) – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta - Buġibba

S40: Pietà – Imsida – Birkirkara (Wied) – Lija – Mosta – Mġarr – Għajn Tuffieħa

S41: Pietà – Imsida – Mosta – St. Paul’s Bay – Xemxija – Mellieħa – Ċirkewwa

S50: Ħamrun – Santa Venera – Fleur De Lys – Attard – Rabat – Imtarfa – Dingli

S60: Ħamrun – Marsa P&R – Qormi – Żebbuġ – Siġġiewi

S70: Luqa – Kirkop – Safi – Żurrieq – Qrendi – Imqabba

S80: Marsa P&R – Raħal Ġdid (Paola) – Tarxien – Santa Luċija – Birżebbuġa – Għaxaq – Gudja

S90: Raħal Ġdid (Paola) – Fgura – Żabbar – Marsaskala

In-noll se jkun hekk: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card. 

Għal dan l-avveniment, Triq il-Mediterran u x-Xatt Ta' Liesse se jingħalqu mis-18:00 'l quddiem. Il-waqfiet f’dawn l-inħawi mhux se jkollhom servizz tat-trasport pubbliku. Għall daqstant, mhux sa jkun hemm servizz fuq dawn il-waqfiet-: 2371 Iermu, 2372 Imgerbeb, 3668 Kavallieri, 2816 Barrakka, 2817 Liesse, 2374 Lascaris, 2375 Kurcifiss, 2439 Polyclinic, 6182 Boffa.

Lura għall-aħbarijiet