Malta Public Transport

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għal Notte Bianca

28/09/2016

Matul il-lejl tal-1 ta’ Ottubru 2016, Malta Public Transport se topera Servizz Speċjali permezz ta’ 11-il rotta biex tiffaċilita l-ivjaġġar wara li tintemm il-ħdax il-edizzjoni ta’ Notte Bianca.

Din is-sena Notte Bianca se terġa ddawwal it-toroq tal-belt kapitali u l-postijiet kulturali grazzi għal programm ta’ attivitajiet li joffri varjetà ta’ esperjenzi differenti, fosthom mużika, teatru, krafts u ħafna aktar.

“Aħna kuntenti li nagħtu sapport lil dan l-avveniment kulturali billi noffru servizz speċjali biex nikkontribwixxu fis-suċċess ta’ kull sena ta’ Notte Bianca, għax nemmnu li avvenimenti bħal dawn isaħħu il-kalendarju kulturali,” sostna Daniel Grech, id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. “Nieħdu l-opportunità biex ninkoraġixxu dawk li se jattendu biex jivjaġġaw permezz tal-karozza tal-linja għax hija ideali biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku.”

Malta Public Transport se tkun qed topera dawn ir-rotot kif ġej:

S10: Tluq minn Valletta Bay A1 kull 30 minuta mill-23:00 sas-01:30

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Aldo Moro Street – Paola Square – Ghajn Dwieli – Isla Terminus – Bormla (Pjazza Gavino Gulia) – Bormla Xatt – Birgu Café Riche – Kapuccini – Xghajra Church – Xghajra Xatt – Kalkara Ta Bighi – Kalkara Xatt

N13: Tluq minn Valletta Bays A11, A12 u A13 kull 20 minuta mill-23:30 sas-02:50 (Normali skont il-skeda)

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Pietà – L-Imsida – Gżira Rue D’Argens – Gżira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Tower Road – Spinola – San Ġiljan – Paceville – Pembroke P&R

S20: Tluq minn Valletta Bay A2 kull 30 minutes mil-23:00 sa 00:00 u kull 20 minuta minn 00:00 sas-01:40

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Pietà – L-Imsida – Gżira Rue D’Argens –Mrabat – San Ġwann Church – San Ġwann Ta’ Żwejt – Kappara – Kappara roundabaout (tal-gas) – Qroqq Skatepark – L-Imsida

S30: Tluq minn Valletta Bay A3 kull 15-il minuta mill-23:00 sa 00:00, kull 20 minuta f’00:00 u fis-01:00 u kull 30 minuta mis-01:00 sas-02:00

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Pieta – Msida – Qroqq Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Iklin – Gharghur – Naxxar – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Burmarrad – Buġibba Pionner Road – Buġibba Terminus

S40: Tluq minn Valletta Bay A10 kull 20 minuta mill-23:00 sas-01:00 u l-aħħar vjaġġ jitlaq fis-01:30

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Pietà – L-Imsida – Valley Road B’Kara – Birkirkara Lija Roundabout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Mġarr – Manikata – Għajn Tuffieha

S41: Tluq minn Valletta Bay A4 kull 15-il minuta mill-23:00 sa 00:00 u kull 30 minuta minn 00:00 sas-01:30

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Pietà – L-IMsida – Qroqq Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Iklin – Ħal Għargħur – Naxxar – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Burmarrad – St. Paul’s Bay – Ix-Xemxija – Mellieħa Interchange – Mellieħa (Villaġġ) – Il-Bajja tal-Għadira– Iċ-Ċirkewwa

S50: Tluq minn Valletta Bay A5 kull 20 minuta mill-23:00 sa 00:00 kull 30 minuta minn 00:00 sas-01:30

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Il-Ħamrun – Santa Venera – L-Imrieħel – Attard Warda Interchange – Ta’ Qali Interchange – Is-Saqqajja – Rabat Interchange – L-Imtarfa – Rabat Vjal il-Ħaddiem – Ħad-Dingli – Rabat Triq N. Saura

S60: Tluq minn Valletta Bay A6 kull 20 minuta mill-23:00 sa 00:00 u kull 30 minuta minn 00:00 sas-01:30

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Il-Ħamrun – Marsa P&R – Ħal Qormi San Sebastjan –Triq San Edwardu Ħal Qormi– Qormi Polyclinic – Mdina Road Qormi – Ħaż-Żebbug Terminus – Is-Siġġiewi (Ċentru)

S70: Tluq minn Valletta Bay A7 kull 20 minuta mill-23:00 sas-01:00 u l-aħħar vjaġġ jitlaq fis-01:30

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Blata I-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – St. Vincent De Paul – Ħal Luqa – Ħal Kirkop – Ħal Safi – Vjal ix-Xarolla Iż-
Żurrieq – Vjal il-Blue Grotto – Iż-Żurrieq – Il-Qrendi – L-Imqabba

S80: Tluq minn Valletta A8 kull 15-il minuta mill-23:00 sal-00:15 u kull 30 minuta mill-00:15 sas-01:45

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Il-Bombi – Blata L-Bajda – Marsa P&R – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square – Ħal Tarxien – Bulebel – Iż-Żejtun Terminus – Bir id-Deheb – Ħal Għaxaq – Il-Gudja

S90: Tluq minn Valletta A9 kull 15-il minuta mill-23:00 sal-00:15 u kull 30 minuta mill-00:15 sas- 01:45

Valletta – Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa Triq Aldo Moro – Paola Square Fgura – Hompesch Gate – Haż-Żabbar (Ċentru) –Triq Il-Qaliet Marsaskala– Marsaskala Terminus

It-tariffi se jkunu kif ġej: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card.

Lura għall-aħbarijiet