Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għal Birgu Fest

07/10/2016

Matul il-lejl tat-8 ta’ Ottubru 2016, Malta Public Transport se topera servizz speċjali biex tiffaċilità l-ivjaġġar minn u lejn il-Birgu matul il-Birgu Fest li jsir kull sena.

Il-Birgu Fest jenfasizza fuq l-aspett storiku u arkitettoniku tal-belt billi jdawwal it-toroq b’eluf ta’ xemat. Dawk li se jattendu jistgħu jżuru diversi postijiet li se jiftħu matul il-lejl bħal mużewijiet u knejjes.

“Avvenimenti bħal Birgu Fest isaħħu l-kalendarju tal-attivitajiet kulturali ta’ Malta, u aħna ninsabu kuntenti li se nkunu qed noffru servizz speċjali għal dawk li se jattendu.” iddikjara Daniel Grech, id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. “ Matul avvenimenti bħal dawn aħna nkomplu nħeġġu n-nies biex jużaw il-karozza tal-linja sabiex inaqsu l-konġestjoni tat-traffiku u nikontribwixxu għal ambjent aktar nadif.”

Malta Public Transport se tkun qed topera dawn ir-rotot kif ġej:

Tluq mill-venda tal-Belt Valletta kull siegħa bejn it-20:15 sal-00:15

Il-venda tal-Belt Valletta – Il-Bombi – Il-Blata l-Bajda – Paola – Il-Pjazza tal-Birgu – Café Riche

Tluq mill-venda fil-Belt Valletta kull siegħa bejn id-20:50 u s-00:50

Il-Pjazza tal-Birgu – Café Riche – Paola – Il-Blata l-Bajda – Il-Bombi – Il-venda fil-Belt Valletta

It-tariffi se jkunu kif ġej: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card.

Lura għall-aħbarijiet