Malta Public Transport

Trasport pubbliku speċjali għall-Farsons Beer Festival

26/07/2019

Malta Public Transport se topera servizz speċjali tat-trasport pubbliku għal matul il-Farsons Beer Festival bejn l-Ħamis 25 ta’ Lulju u l-Ħadd 3 ta’ Awwissu. Dawk li jattendu jistgħu jivvjaġġaw b’tal-linja mill-Belt għal Ta’ Qali, u minn Ta’ Qali għal Buġibba jew San Ġiljan.

Ir-rotta mill-Belt lejn Ta’ Qali titlaq kull nofs siegħa bejn 19:00 u 22:00.

Ir-rotta minn Ta’ Qali għal Buġibba titlaq mill-parkeġġ ta’ quddiem l-Ambaxxata Amerikana kull siegħa bejn 22:00 u 01:00.

Ir-rotta minn Ta’ Qali għal San Ġiljan titlaq mill-parkeġġ ta’ quddiem l-Ambaxxata Amerikana kull siegħa bejn 22:00 u 01:00.

Malta Public Transport hija kburija li qed tappoġġja edizzjoni oħra tal-festival tal-birra u tawgura kull suċċess lill-organizzaturi.

Lura għall-aħbarijiet