Malta Public Transport

Servizz tal-Linja speċjali għall-Kunċert tar-RAI

04/10/2019

Malta Public Transport se topera rotot speċjali għall-kunċert Radio Italia Live fuq il-Fosos tal-Floriana nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru. Il-vjaġġi jitilqu mill-venda tal-belt fi tmiem l-attività f’00:15 u 00:30 u jgħaddu mid-destinazzjonijiet ewlenin madwar Malta.

Ir-rotot speċjali huma:

Rotta JC1 (Rotta Tramuntana) lejn iċ-Ċirkewwa se tagħmel waqfiet l-Imsida, Birkirkara, Ħal Lija, il-Mosta, Burmarrad, Buġibba, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Mellieħa, u l-Għadira.

Rotta JC2 (Rotta Ċentrali) lejn il-Ħamrun se tagħmel waqfiet l-Imsida, Tal-Qroqq, il-Kappara, San Ġwann, in-Naxxar, il-Mosta, il-bypass tal-Imtarfa, ir-Rabat, Ħ’Attard, il-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, u Fleur-de-Lys.

Rotta JC3 (Rotta Nofsinhar 1) lejn Raħal Ġdid se tagħmel waqfiet il-Marsa, Bormla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Marsaskala u l-Fgura.

Rotta JC4 (Rotta Nofsinhar 2) lejn Ħal Farruġ se tagħmel waqfiet il-Marsa, Ħal Tarxien, iż-Żejtun, Marsaxlokk, Birżebbuġa, l-Ajruport, iż-Żurrieq, il-Qrendi u l-Imqabba.

Rotta N13 se tagħmel ir-rotta regolari ta’ billejl lejn San Ġiljan u tgħaddi mill-Imsida, l-Gżira, u x-Xatt ta’ Tas-Sliema, iżda se topera vjaġġi żejda skont il-ħtieġa.

Malta Public Transport qed tappoġġa bi pjaċir il-Kunċert tar-RAI u tawgura lill-organizzaturi kull suċċess.

Lura għall-aħbarijiet