Malta Public Transport

Servizz tal-Linja speċjali għal Notte Bianca

05/10/2019

Malta Public Transport se topera rotot speċjali għal Notte Bianca fil-Belt nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru. Il-vjaġġi jitilqu mill-venda mill-23:00 lejn id-destinazzjonijiet ewlenin madwar Malta.

Ir-rotot speċjali huma:

Rotta S10 lejn il-Kalkara titlaq kull 30 minuta sas-01:30 minn Waqfa A2 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, Triq Aldo Moro l-Marsa, l-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, Għajn Dwieli, il-Venda tal-Isla, Pjazza Gavino Gulia Borlma, x-Xatt ta’ Bormla, Café Riche il-Birgu, l-Kapuċċini, l-Knisja tax-Xgħajra, x-Xatt tax-Xgħajra, Ta’ Bighi l-Kalkara u x-Xatt tal-Kalkara.

Rotta S20 lejn l-Imsida titlaq kull 30 minuta sa 00:00 u mbagħad kull 20 minuta sal-01:40 minn Waqfa A3 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, l-Gżira Rue D’Argens, l-Imrabat, il-Knisja ta’ San Ġwann, Taż-Żwejt, il-Kappara, ir-roundabout tal-Kappara, l-iskatepark Tal-Qroqq u l-Imsida.

Rotta S30 lejn Buġibba titlaq kull 15-il minuta sa 00:00, kull 20 minuta sas-01:00, u kull 30 minuta sas-02:00 minn Waqfa A4 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, l-skatepark Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, ir-roundabout ta’ Ħal Lija, l-Iklin, Ħal Għargħur, in-Naxxar, il-Mosta Technopark, ir-Rotunda tal-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, Triq il-Pijunieri Buġibba u l-Venda ta’ Buġibba.

Rotta S40 lejn Għajn Tuffieħa titlaq kull 20 minuta sas-01:00 bi vjaġġ ieħor fis-01:30 minn Waqfa A6 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, Triq il-Wied Birkirkara, ir-roundabout ta’ Ħal Lija, il-Mosta Technopark, ir-Rotunda tal-Mosta, Tarġa Gap, l-Imġarr, il-Manikata u Għajn Tuffieħa.

Rotta S41 lejn iċ-Ċirkewwa titlaq kull 15-il minuta sa 00:00 imbagħad kull 30 minuta sas-01:30 minn Waqfa A5 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, l-iskatepark Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, ir-roundabout ta’ Ħal Lija, l-Mosta Technopark, ir-Rotunda tal-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, Mellieħa Village, l-Għadira Bay u ċ-Ċirkewwa.

Rotta S50 lejn ir-Rabat titlaq kull 20 minuta sa 00:00 imbagħad kull 30 minuta sas-01:30 minn Waqfa A7 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, l-Ħamrun, Santa Venera, l-Imrieħel, il-Warda Interchange Ħ’Attard, l-Interchange Ta’ Qali, s-Saqqajja, l-Interchange ir-Rabat, l-Imtarfa, Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Ħad-Dingli u Triq N. Saura r-Rabat.

Rotta S60 lejn is-Siġġiewi titlaq kull 20 minuta sa 00:00 imbagħad kull 30 minuta sas-01:30 minn Waqfa A8 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, l-Ħamrun, il-Marsa Park&Ride, Ħal Qormi San Sebastjan, Ħal Qormi San Edwardu, il-Polyclinic ta’ Ħal Qormi, Triq l-Imdina Ħal Qormi, il-Venda ta’ Ħaż-Żebbuġ u Siġġiewi Ċentru.

Rotta S70 lejn l-Imqabba titlaq kull 20 minuta sas-01:00 bi vjaġġ ieħor fis-01:30 minn Waqfa A9 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, Triq Aldo Moro l-Marsa, San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq, Vjal il-Blue Grotto, ż-Żurrieq, il-Qrendi u l-Imqabba.

Rotta S80 lejn Ħal Għaxaq titlaq kull 15-il minuta sal-00:15 imbagħad kull 30 minuta sas-01:45 minn Waqfa A10 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, l-Marsa Park&Ride, Triq Aldo Moro l-Marsa, il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Bulebel, il-Venda taż-Żejtun, Bir id-Deheb, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħal Far, il-Gudja u Ħal Għaxaq.

Rotta S90 lejn Marsaskala titlaq kull 15-il minuta sal-00:15 imbagħad kull 30 minuta sas-01:45 minn Waqfa A11 u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, Triq Aldo Moro l-Marsa, il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, il-Fgura, Bieb Hompesch, Ħaż-Żabbar Ċentru, Triq il-Qaliet Marsaskala u l-Venda ta’ Marsaskala.

Rotta N13 lejn St Julian’s se żżomm l-iskeda regolari bi vjaġġi miżjuda skont id-domanda minn Waqfa A12 u A13, u tieqaf Triq Sant’Anna l-Floriana, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, Rue d’Argens il-Gżira, Triq Testaferrata l-Gżira, ix-Xatt Tas-Sliema, Triq it-Torri Tas-Sliema, Spinola u San Ġiljan.

Lura għall-aħbarijiet