Malta Public Transport

Servizz tal-Linja Speċjali għall-Festival tal-Logħob tan-Nar fil-Port il-Kbir

29/04/2019

Malta Public Transport se tipprovdi servizz speċjali għall-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fil-Belt Valletta nhar it-Tlieta 30 ta’ April.

Se jkun hemm vjaġġi mill-Venda tal-Belt lejn l-inħawi kollha ta’ Malta li jitilqu wara t-tmiem tal-programm, fil-23:30 u 00:00. Apparti minn dawn, ir-Rotta ta’ Billejl N13 lejn Paceville li tgħaddi minn Tas-Sliema se topera vjaġġi addizzjonali skont il-ħtieġa.

Rotta S10 għall-Kalkara se tagħmel waqfiet Il-Floriana, L-Blata l-Bajda, Il-Marsa, Paola, Għajn Dwieli, Isla, Bormla, Il-Birgu, u X-Xgħajra.

Rotta S20 għall-Imsida se tagħmel waqfiet Il-Floriana, L-Blata l-Bajda, Tal-Pietà, L-Imsida, Il-Gżira Rue d’Argens, L-Imrabat, San Ġwann, Il-Kappara, u Tal-Qroqq.

Rotta S30 għall-Buġibba se tagħmel waqfiet Il-Floriana, Tal-Pietà, L-Imsida, Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, Ħal Lija, L-Iklin, Ħal Għargħur, In-Naxxar, Il-Mosta, Tarġa Gap, u Burmarrad.

Rotta S40 għal Għajn Tuffieħa se tagħmel waqfiet Il-Floriana, Tal-Pietà, L-Imsida, Birkirkara Triq il-Wied, Ħal Lija, Il-Mosta, Tarġa Gap, L-Imġarr, u L-Manikata.

Rotta S41 għaċ-Ċirkewwa se tagħmel waqfiet Il-Floriana, Tal-Pietà, L-Imsida, Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, Ħal Lija, Il-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, Ix-Xemxija, Il-Mellieħa, u L-Għadira.

Rotta S50 għar-Rabat Triq N. Saura se tagħmel waqfiet Il-Floriana, Il-Ħamrun, Santa Venera, L-Imrieħel, Ħ’Attard, Ta’ Qali, Is-Saqqajja, L-Interchange tar-Rabat, L-Imtarfa, Ir-Rabat Vjali il-Ħaddiem, u Ħad-Dingli.

Rotta S60 għas-Siġġiewi se tagħmel waqfiet Il-Floriana, Il-Ħamrun, Il-Marsa Park & Ride, Ħal Qormi San Sebasjtan, Ħal Qormi Triq San Edwardu, Ħal Qormi Polyclinic, Ħal Qormi Triq L-Imdina u Ħaż-Żebbuġ.

Rotta S70 lejn L-Imqabba se tagħmel waqfiet Il-Floriana, L-Blata l-Bajda, Il-Marsa Aldo Moro, St Vincent de Paul, Ħal Luqa, Il-Kirkop, Ħal Safi, Iż-Żurrieq Vjal ix-Xarolla, Iż-Żurrieq Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq, u L-Qrendi.

Rotta S80 għall-Gudja se tagħmel waqfiet Il-Floriana, L-Blata l-Bajda, Il-Marsa Park & Ride, Il-Marsa Aldo Moro, Paola, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Bulebel, Iż-Żejtun, Bir id-Deheb, Marsaxlokk, Birżebbuġa, u Ħal Għaxaq.

Rotta S90 għal Marsaskala se tagħmel waqfiet il-Floriana, L-Blata l-Bajda, Il-Marsa, Paola, L-Fgura, Ħaż-Żabbar, u Marsaskala Triq il-Qaliet.

Rotta N13 lejn Paceville se tagħmel waqfiet Il-Floriana, Tal-Pietà, L-Imsida, Il-Gżira Rue d’Argens, Il-Gżira Triq Testaferrata, Tas-Sliema Ferries, Tas-Sliema Triq it-Torri, Spinola, u San Ġiljan.

Il-passiġġiera jistgħu jżuru publictransport.com.mt biex jiksbu aktar informazzjoni dwar ir-rotot speċjali.

Malta Public Transport tixtieq kull suċċess lill-organizzaturi tal-Festival tal-Logħob tan-Nar.

Lura għall-aħbarijiet