27/04/2019
Malta Public Transport se topera servizz tal-linja speċjali għall-programm tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar li se jittella’ fix-Xagħra, nhar is-Sibt 27 ta’ April.
Vjaġġi apposta se jitilqu mill-Imġarr għax-Xewkija/Nadur bejn 18:00 u 20:30, li jsiru skont id-domanda. Se jkun hemm ukoll vjaġġi lura mix-Xewkija/Nadur għall-Imġarr, bl-aħħar karozza tal-linja titlaq 20 minuta minn tmiem il-programm, skedat għal-nofsillejl.
Malta Public Transport tixtieq lill-organizzaturi tal-festival kull suċċess.
Lura għall-aħbarijiet