Malta Public Transport

Trasport Pubbliku speċjali għal BBC Concert Orchestra Live

17/07/2019

Malta Public Transport tħabbar servizz ta’ rotot speċjali mill-Venda tal-Belt fi tmiem il-Kunċert “BBC Concert Orchestra” fuq il-Fosos, nhar  l-Erbgħa 17 ta’ Lulju 2019. Is-servizz speċjali jkopri ż-żoni kollha madwar Malta u jopera skont kif imniżżel hawn:

Rotta S10 għall-Kalkara titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A2 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, l-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, Għajn Dwieli, l-Venda tal-Isla, Pjazza Gavino Gulia Bormla, x-Xatt ta’ Bormla, Café Riche il-Birgu, l-Kapuċċini, l-Knisja tax-Xgħajra, ix-Xatt tax-Xgħajra, Bighi l-Kalkara, u x-Xatt tal-Kalkara.

Rotta S20 għall-Imsida titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A3 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, Tal-Pietà, Rue d’Argens il-Gżira, l-Imrabat, il-Knisja ta’ San Ġwann, Ta’ Żwejt, il-Kappara, r-roundabout tal-Kappara, l-iskatepark Tal-Qroqq, u l-Imsida.

Rotta S30 għal Buġibba titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A4 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, l-iskatepark Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, r-roundabout ta’ Ħal Lija, l-Iklin, Ħal Għargħur, in-Naxxar, il-Mosta Technopark, ir-roundabout tal-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, Triq il-Pijunieri Buġibba, u l-Venda ta’ Buġibba.

Rotta S40 għal Għajn Tuffieħa titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A6 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, Triq il-Wied Birkirkara, ir-roundabout ta’ Ħal Lija, l-Mosta Technopark, ir-Rotunda tal-Mosta, Tarġa Gap, l-Imġarr, u l-Manikata.

Rotta S41 għaċ-Ċirkewwa titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A5 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, l-iskatepark Tal-Qroqq, Triq il-Wied Birkirkara, r-roundabout ta’ Ħal Lija, l-Mosta Technopark, ir-Rotunda tal-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, l-Mellieħa Village, u l-Għadira.

Rotta S50 għar-Rabat titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A7 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, l-Ħamrun, Santa Venera, l-Imrieħel, l-Interchange ta’ Ta’ Warda Ħ’Attard, l-Interchange ta’ Ta’ Qali, is-Saqqajja, l-Interchange tar-Rabat, l-Imtarfa, Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Ħad-Dingli u Triq N. Saura r-Rabat.

Rotta S60 għas-Siġġiewi titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A8 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, il-Ħamrun, il-Marsa Park & Ride, San Sebastjan Ħal Qormi, San Edwardu Ħal Qormi, l-Poliklinika ta’ Ħal Qormi, Triq l-Imdina Ħal Qormi, l-Venda taż-Żebbuġ, u Siġġiewi Ċentru.

Rotta S70 għall-Imqabba titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A9 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, Aldo Moro l-Marsa, San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, x-Xarolla ż-Żurrieq, Vjal Blue Grotto, ż-Żurrieq, u l-Qrendi.

Rotta S80 għal Ħal Għaxaq titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A10 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, il-Marsa Park & Ride, Aldo Moro l-Marsa, l-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Bulebel, il-Venda taż-Żejtun, Bir id-Deheb, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħal Far, u l-Gudja.

Rotta S90 għal Marsaskala titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A11 fil-23:30 u tgħaddi minn Floriana Sant’Anna, l-Bombi, l-Blata l-Bajda, Aldo Moro l-Marsa, l-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, il-Fgura, l-Bieb ta’ Hompesch, Ħaż-Żabbar Ċentru, Triq il-Qaliet Marsaskala, u l-Venda ta’ Marsaskala.

Rotta N13 għall-Pembroke Park & Ride titlaq mill-Venda tal-Belt waqfiet A12 u A13 skont id-domanda u tgħaddi minn Floriana Triq Sant’Anna, l-Bombi, Tal-Pietà, l-Imsida, Rue d’Argens il-Gżira, Triq Testaferrata l-Gżira, ix-Xatt ta’ Tas-Sliema, Triq it-Torri Tas-Sliema, Spinola, San Ġiljan, u Paceville.

 

 

Lura għall-aħbarijiet