Malta Public Transport

Rotta Speċjali għal Festa Frawli

28/04/2019

Malta Public Transport se topera servizz speċjali tal-linja għal Festa Frawli fl-Imġarr nhar il-Ħadd 28 ta’ April. Rotta X44 se titlaq mill-Venda tal-Belt għall-Imġarr kull nofs siegħa bejn 10:00 u 15:00, u lura mill-Imġarr għall-Venda tal-Belt kull nofs siegħa bejn 15:00 u 18:00.

Ir-rotta speċjali se tkun qed topera apparti mis-servizz normali u l-passiġġiera jistgħu jaqbdu wkoll rotta 44 mill-Belt għal Għajn Tuffieħa via l-Imġarr kull 30 minuta; rotta 238 bejn l-Imġarr u Mater Dei kull siegħa; jew rotta 101 bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa kull siegħa.

Malta Public Transport hija kburija li qed tappoġġja edizzjoni oħra ta’ Festa Frawli.

Lura għall-aħbarijiet