Malta Public Transport

It-Ticket Booth f'Tas-Sliema magħluq minħabba xogħlijiet strutturali

17/03/2017

Nixtiequ ninfurmaw lill-klijenti tagħna li t-ticket booth f'Tas-Sliema se jkun magħluq bejn l-20 u s-27 ta' Marzu 2017 minħabba xogħlijiet strutturali.

F'każ li l-klijenti jixtiequ jakkwistaw top-up vouchers, Explore cards jew 12 Single Day Journey Cards, jistgħu jagħmlu dan billi iżuru wieħed mill-ħwienet indikati fil-mappa t'hawn isfel.

Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li dan jista' joħloq.

Lura għall-aħbarijiet