Malta Public Transport

Servizz ta’ shuttle waqt Birgu Fest 2019

10/10/2019

Malta Public Transport se topera servizz speċjali ta’ shuttle matul Birgu Fest nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru. Il-vjaġġi jitilqu mill-waqfa Riche fi Triq San Edwardu, l-Birgu lejn il-Venda tal-Belt kull 20 minuta mill-23:00 sas-01:00.

Rotta 2 bejn il-Birgu u l-Belt se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta mit-20:25 sa tmiem is-servizz fl-22:25.

Malta Public Transport qed tappoġġa bi pjaċir edizzjoni oħra ta’ Birgu Fest.

Lura għall-aħbarijiet