20/12/2017
Malta Public Transport ser tipprovdi ‘tags’ lis-Service Dogs Malta Foundation. Dawn it-‘tags’ għandhom jippermettu lill-individwi li jġorru dawn it-‘tags’ sabiex jivvjaġġaw fuq il-karozza tal-linja mingħajr ħlas waqt li jkunu qed jaħdmu.
Huwa importanti li wieħed jinnota li din it-‘tag’ hija personalizzata u mhux trasferibbli. It-‘tag’ għandha tintuża biss meta ‘service dog’ ikun qed jakkumpanja trejner. Jekk it-trejner jikser dawn it-termini u kundizzjonijiet, hu/hi ser jintalab iħallas penali ta' €50.
L-istampa fi tmiem dan l-avviż tirreferi għat-‘tag’ tas-‘service dog’ trejners:
Lura għall-aħbarijiet