Malta Public Transport

Skeda tax-Xitwa tat-trasport pubbliku minn Ottubru

04/10/2019

Malta Public Transport tħabbar bidliet fl-iskeda tal-linja għax-Xitwa, li tidħol fis-seħħ is-Sibt 6 ta’ Ottubru 2019. 

Dawn ir-rotot se jintroduċu vjaġġi ġodda b’effett immedjat:

Rotta 90 mill-Belt għal Ħaż-Żabbar se tintroduċi vjaġġ ġdid kull siegħa bejn 06:00 u 08:00 matul il-ġimgħa.

Rotta 212 minn Tas-Sliema għal Buġibba se tintroduċi vjaġġ ġdid kull siegħa bejn 05:30 u 09:30 u bejn 15:00 u 18:00 matul il-ġimgħa.

Rotta 310 mir-Rabat Victoria għal Marsalforn se żżid il-frekwenza minn vjaġġ kull siegħa għal vjaġġ kull 45 minuta.

Rotta X1A mill-MCAST għaċ-Ċirkewwa via l-Università ta’ Malta se tibda topera kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.

Dawn ir-rotot se jerġgħu lura għall-vjaġġi regolari tagħhom:

Rotta 49 mhix se tibqa’ tidħol sal-Bajja tal-Armier, bl-aħħar waqfa mill-Belt tkun l-Għadira.

Rotta 74 mhix se tibqa’ tidħol sal-Blue Grotto, bl-aħħar waqfa mill-Belt tkun iż-Żurrieq.

Rotta 101 mhix se tibqa’ tidħol sal-Bajja tal-Ġnejna, bl-aħħar waqfa mill-Belt tkun l-Imġarr.

Rotta 109 mhix se tibqa’ tidħol sa Għar Lapsi, bl-aħħar waqfa mill-Belt tkun f’Bajjada, is-Siġġiewi.

Lura għall-aħbarijiet