Malta Public Transport

Trasport Pubbliku għall-Logħba Malta - Spanja

26/03/2019

Malta Public Transport se toffri servizz speċjali għall-logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020 bejn Malta u Spanja li se tintlagħab fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali llejla.

Vjaġġi diretti se jitilqu mill-Venda tal-Belt lejn Ta’ Qali bejn 17:45 u 19:55.

Wara tmiem il-partita, Malta Public Transport se tipprovdi wkoll servizz speċjali dirett lejn il-Belt Valletta, Tas-Sliema u San Ġiljan, u San Pawl il-Baħar u Buġibba.

Uffiċjali ta’ Malta Public Transport se jkunu preżenti sabiex jiggwidaw lill-passiġġieri.

Lura għall-aħbarijiet