Malta Public Transport

Public Transport Service during the Christmas period 2018

19/12/2018

Malta Public Transport se topera bi skeda speċjali matul il-ġimgħa tal-Milied bejn it-Tnejn 24 ta’ Diċembru u t-Tlieta 1 ta’ Jannar.

Il-vjaġġi se joperaw skont il-ħinijiet tas-Sibt, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Rotot li normalment joperaw biss fost il-ġimgħa, jiġifieri 49, 50, u 90, xorta waħda se jaħdmu b’mod regolari matul din il-ġimgħa. Rotot N13 u N212 se joperaw b’mod normali matul il-lejl.

Nhar is-Sibt 29 ta’ Diċembru 2018 ir-rotot kollha, inklużi dawk ta’ Billejl, se joperaw skont l-iskeda normali.

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2018 u 1 ta’ Jannar 2019: ir-rotot kollha se joperaw skont l-iskeda tal-Ħadd. Madankollu, s-servizz se jkun sospiż bejn 12:00 u 15:00, bl-aħħar karozzi jitilqu bejn l-10:00 u 11:30 jiddependi mit-tul tal-vjaġġ. Dawn imbagħad jerġgħu jkomplu bejn 15:00 u 16:00, skont l-iskedi tagħhom. Is-servizz f’dan il-ġranet jieqaf fid-21:00, bl-aħħar karozzi jitilqu bejn 19:30 u 21:00 jiddependi mit-tul tal-vjaġġ. Ir-rotot ta’ Billejl ma joperawx f’dawn iż-żewġ ġranet.

Nhar it-Tnejn 31 ta’ Diċembru 2018 se jkun hemm Servizz Speċjali pprovdut għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida fil-Belt Valletta, bil-vjaġġi jitilqu mill-Venda tal-Belt.

Lura għall-aħbarijiet