20/12/2016
Bil-għan li jinstab bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-passiġġieri u dawk tal-impjegati tagħna, Malta Public Transport se tkun qed topera skeda differenti matul il-perjodu tal-Milied.
Minn jum il-Milied sas-6 ta’ Jannar 2017, il-karozzi tal-linja se joperaw skont l-iskeda tas-Sibt mit-Tnejn sal-Ġimgħa filwaqt se joperaw normali fil-jiem tas-Sibt. Is-servizz fuq rotot li normalment joperaw matul il-ġimgħa, bħar-rotot 49, 50 u 90, xorta se jkun provdut matul dawn il-gimgħatejn.
Intant, bħas-snin ta’qabel, is-servizz tat-trasport pubbliku se jopera b’servizz imnaqqas f’jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena. Il-karozzi tal-linja jieqfu joperaw f’nofsinhar, bis-servizz ikun sospendut bejn nofsinhar u t-15:00, fejn l-aħħar karozzi tal-linja jitilqu fl-10:00 u l-11:30, jiddependi skont kemm hu twil il-vjaġġ. Is-servizzi jkomplu joperaw normali bejn it-15:00 u l-16:00. L-aħħar servizzi ta’ filgħaxija jieqafu fid-21:00.
Malta Public Transport tavża lill-klijienti li t-ticket booths se jkunu magħluqa f’jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.
Lura għall-aħbarijiet